GĦIX BĦALA KRISTJAN
Uża l-Home Page tal-JW.ORG fil-Ministeru
Fil-home page tal-website tagħna, jiġifieri xħin tidħol fil-website, ikun hemm artikli u vidjows. Dawn huma ddisinjati biex jinteressaw lil dawk li għandhom qalbhom sinċiera. (At 13:48) Kemm-il darba jkun hemm suġġetti li jkunu fuq l-aħbarijiet jew li n-nies ikunu qed jitkellmu jew jaħsbu dwarhom.
Kif tistaʼ tuża l-home page tal-jw.org fil-ministeru?
Idħol fil-website b’mod regulari. Ara x’artikli hemm taħt is-sezzjoni “Taʼ Interess”, u ara kif tistaʼ tużahom biex tgħin lil xi ħadd li hu interessat. (Biex issib vidjows u artikli li dehru fil-home page dan l-aħħar, agħfas “Ara Iktar.”) Meta tkun taf xi jkun hemm ġdid fuq il-website, se jgħinek biex ikollok ideat ġodda li tistaʼ tuża fil-ministeru.
Uża l-artikli u l-vidjows li hemm fuq il-home page biex tibda konversazzjoni. Dawn jistgħu jtuna ideat dwar xiex ikunu qed jaħsbu n-nies.
Uri l-home page lin-nies. Urihom suġġetti partikolari u kif isibu iżjed informazzjoni fuq il-website.
Ibgħat link. Xi nies jibżgħu jitkellmu magħna, imma ma jiddejqux jidħlu fil-website. Allura żżommx lura milli tibgħat link għall-home page tagħna lil xi ħadd interessat jew link għal vidjow jew artiklu li jidher fiha.