Idea Biex Tistudja
Tgħallem bl-Amment l-Għanjiet Tagħna
“Meta nħossni li ma niswa għal xejn, Ġeħova jinkuraġġini bl-għanjiet li hemm fuq il-JW Broadcasting®.”—Lorraine, U.S.A.
Il-Kristjani dejjem kantaw għanjiet biex ifaħħru lil Ġeħova. (Kol. 3:16) Jekk tkun taf l-għanjiet bl-amment, se tkun tistaʼ tkanta anki meta ma jkollokx il-ktieb tal-għanjiet, il-mobile, jew it-tablet. Ipprova l-ideat li ġejjin biex titgħallem l-għanjiet bl-amment.
Aqra l-kliem biex tifhem il-messaġġ. Jekk tifhem xi ħaġa se jkun iktar faċli biex tiftakarha. Il-kliem tal-għanjiet tagħna, inkluż il-kanzunetti oriġinali u l-għanjiet għat-tfal, tistaʼ ssibhom fuq jw.org. Mur Librerija u mbagħad Mużika.
Ikteb il-kliem fuq karta. Dan ħa jgħinek biex tiftakru iktar.—Dt. 17:18.
Ipprattika b’leħen għoli. Aqra jew kanta l-għanja għal ħafna drabi.
Ara kemm tiftakar. Prova ftakar il-kliem mingħajr ma tħares lejn il-karta, imbagħad ara kif mort.