LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • wp24 Nru. 1 pp. 6-9
  • X’Inhu Tajjeb u Ħażin: Dak li Tgħid il-Bibbja Nistgħu Nafdaw

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • X’Inhu Tajjeb u Ħażin: Dak li Tgħid il-Bibbja Nistgħu Nafdaw
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2024
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • GĦAJNUNA LI GĦANDNA BŻONN
  • IL-BIBBJA TGĦIDILNA X’JIXTIEQNA NAGĦMLU ALLA
  • Dak li Tgħid il-Bibbja Dwar X’Inhu Tajjeb u Ħażin Għadu Jgħodd?
    Iktar Suġġetti
  • Iktar għajnuna għall-familja
    Stenbaħ!—2018
  • X’Inhu Tajjeb u Ħażin: Deċiżjoni li Għandek Tieħu
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2024
  • Kif Għandna Nużaw il-Libertà Tagħna taʼ l-Għażla?
    Stenbaħ!—2003
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2024
wp24 Nru. 1 pp. 6-9

X’Inhu Tajjeb u Ħażin: Dak li Tgħid il-Bibbja Nistgħu Nafdawh

Ma nistgħux inkunu ċerti li se jkollna riżultati tajbin jekk nieħdu d-deċiżjonijiet tagħna skont dak li nħossu aħna jew jaħsbu nies oħrajn. Il-Bibbja mhux biss tgħidilna għala, imma tgħinna wkoll inkunu nafu x’inhu tajjeb u ħażin u dan jgħinna nkunu ferħanin.

GĦAJNUNA LI GĦANDNA BŻONN

Fil-Bibbja, Alla Ġeħovaa spjega li n-nies għandhom bżonn l-għajnuna tiegħu għax ma jistgħux jagħmlu kollox waħedhom. (Ġeremija 10:23) Fil-fatt, hu tana l-Bibbja biex inkunu nafu x’inhu tajjeb u ħażin. Alla jħobbna, u ma jridniex nieħdu deċiżjonijiet ħżiena li mbagħad ikollna nbatu l-konsegwenzi tagħhom u jagħmlulna ħajjitna diffiċli. (Dewteronomju 5:29; 1 Ġwanni 4:8) Barra minn hekk, hu għaref u bħala l-Ħallieq tagħna jaf x’inhu l-aħjar għalina. (Salm 100:3; 104:24) Imma Alla xorta ma jisforza lil ħadd biex jgħix skont il-livelli tiegħu.

Ġeħova ta lil Adam u Eva, l-ewwel koppja, dak kollu li kellhom bżonn biex ikunu ferħanin. (Ġenesi 1:​28, 29; 2:​8, 15) Hu tahom ukoll istruzzjonijiet sempliċi li riedhom jobdu. Però, ħalla f’idejhom biex jagħżlu jekk jobduhomx. (Ġenesi 2:​9, 16, 17) B’dispjaċir, Adam u Eva għażlu li jagħmlu dak li riedu huma minflok jobdu l-livelli t’Alla. (Ġenesi 3:6) X’kien ir-riżultat? Meta n-nies jagħmlu dak li jaħsbu li hu tajjeb huma, ikunu ferħanin? Le. Matul is-snin rajna li meta n-nies ma jobdux il-livelli t’Alla ma jkunux ferħanin, u ma jgħixux fil-paċi.—Ekkleżjasti 8:9.

Il-Bibbja fiha gwida li tgħinna nieħdu deċiżjonijiet tajbin, ngħixu fejn ngħixu u hu x’inhu l-background tagħna. (2 Timotju 3:​16, 17; ara l-kaxxa “Ktieb għal Kulħadd.”) Ara kif il-Bibbja tagħmel dan.

Tgħallem għala l-Bibbja tissejjaħ il-“kelma t’Alla.”—1 Tessalonikin 2:13. Ara l-vidjow Min Hu l-Awtur tal-Bibbja? fuq jw.org.

KTIEB GĦAL KULĦADD

La l-Ħallieq tagħna hu għaref u jħobbna ma niħduhiex bi kbira li jipprovdi għajnuna biex kulħadd ikun jaf x’inhu tajjeb u ħażin. Ejja naraw dawn il-fatti dwar il-Bibbja:

Nies taʼ nazzjonalità differenti qed jaqraw il-Bibbja. Ħafna Bibbji pprintjati u diġitali jidhru fl-istampa.
  • 3,500+ In-numru taʼ lingwi li bihom ġiet tradotta parti mill-Bibbja. Dan jagħmilha l-iktar ktieb li ġie tradott fid-dinja.

  • 5,000,000,000+ In-numru taʼ Bibbji li ġew ipprintjati. Dan jagħmilha l-iktar ktieb li ġie pprintjat fid-dinja.

Il-Bibbja ma tqisx nies taʼ pajjiż, tribù, jew kultura aħjar minn oħra. Il-Bibbja hi ktieb għal kulħadd.

Aqra l-Bibbja online (disponibbli f’iktar minn 250 lingwa) fuq jw.org

Raġel qed jimxi maʼ dak li qed jaqra mill-Bibbja b’subgħajh.

GĦALA XI NIES JAĦSBU LI L-BIBBJA MA TISTAX TGĦINHOM

Xi nies jgħidu li l-Bibbja ma tistax tgħidilhom dak li hu tajjeb u ħażin. Dawn huma xi affarijiet li n-nies jgħidu dwar il-Bibbja.

Xi Wħud Jgħidu: “Il-Bibbja ġieli tgħid mod u ġieli tgħid mod ieħor.”

Il-Verità Hi: Għall-ewwel, jistaʼ jidher li xi partijiet mill-Bibbja ma jaqblux maʼ partijiet oħrajn, imma meta tikkunsidra l-kuntest, il-fatti storiċi u drawwiet, il-​ħarsa tal-​kittieb, u affarijiet oħra int se tara li jaqblu.

Biex tara xi eżempji aqra l-artiklu “Il-Bibbja fiha kontradizzjonijiet?” fuq jw.org.

Xi Wħud Jgħidu: “Nies li jgħidu li jimxu mal-Bibbja jagħmlu affarijiet ħżiena, allura ma tistax tgħinna biex inkunu nafu x’inhu tajjeb u ħażin.”

Il-Verità Hi: Ma nistgħux nagħtu tort lill-Bibbja minħabba nies li ma japplikawx it-tagħlim tagħha u jagħmlu affarijiet ħżiena. Il-Bibbja qalet bil-quddiem li ħafna nies inkluż mexxejja reliġjużi, li jgħidu li jimxu mat-tagħlim tagħha, se jagħmlu bil-kontra. Tgħid ukoll li minħabba f’hekk it-tagħlim tal-Bibbja se ‘jiġi mmaqdar.’—2 Pietru 2:​1, 2.

Biex tara eżempji taʼ kif ħafna mexxejja reliġjużi ma mxewx mat-tagħlim tal-Bibbja, aqra l-artiklu “Ir-Reliġjon Hi Negozju Kbir?” fuq jw.org.

Xi Wħud Jgħidu: “Nies li jimxu mat-tagħlim tal-Bibbja ma jirrispettawx lil dawk li huma differenti minnhom.”

Il-Verità Hi: Il-Bibbja tinkuraġġina biex nirrispettaw lil kulħadd. Hi tgħidilna. . .

  • li għandna nqisu lil oħrajn aħjar minna.—Filippin 2:3.

  • nirrispettaw lil dawk li għandhom valuri jew reliġjon differenti.—1 Pietru 2:17.

  • inħallu lil kulħadd fil-libertà tiegħu.—Mattew 10:14.

Il-Bibbja turina li Alla dejjem jittratta lin-nies b’qalb tajba u hu ġust magħhom. Hu jixtieq li aħna nagħmlu l-istess.—Rumani 9:14.

Għal aktar informazzjoni aqra l-artiklu “Il-Bibbja Kif Tistaʼ Tgħinna Ma Nurux Preġudizzju?” fuq jw.org.

IL-BIBBJA TGĦIDILNA X’JIXTIEQNA NAGĦMLU ALLA

Il-Bibbja tgħidilna dwar il-ħbiberija li Alla kellu man-nies mill-bidu tal-ħolqien. Dak li fiha jgħinna nifhmu dak li Alla jqis tajjeb u ħażin, dak li hu tajjeb għalina, u x’jagħmlilna l-ħsara. (Salm 19:​7, 11) Dak li nitgħallmu mill-Bibbja hu dejjem tajjeb għalina u se jgħinna biex nieħdu deċiżjonijiet tajbin f’ħajjitna.

Pereżempju, aħseb dwar il-parir li nsibu fi Proverbji 13:20: “Min jagħmilha mal-għorrief se jsir għaref, imma min jagħmilha mal-istupidi se jbati.” Bħalma dan il-parir kien japplika fil-passat, għadu japplika għalina llum. Il-Bibbja hi mimlija prinċipji importanti u t’għajnuna.—Ara l-kaxxa “Il-Pariri tal-Bibbja Għadhom t’Għajnuna.”

Imma forsi tistaqsi, ‘Kif nistaʼ nkun ċert li l-pariri tal-Bibbja jistgħu jgħinuni?’ Fl-artiklu li jmiss se naraw eżempji taʼ nies li l-Bibbja għenithom f’ħajjithom.

a Ġeħova hu l-isem t’Alla.—Salm 83:18.

IL-PARIRI TAL-BIBBJA GĦADHOM T’GĦAJNUNA

Il-Bibbja kollha tlestiet madwar 2,000 sena ilu. Minkejja dan, għadha tgħodd għalina llum għax in-nies jixtiequ jgħixu ferħanin u jkollhom ħajja tajba. (Ekkleżjasti 1:9) Fil-fatt, il-pariri tal-Bibbja għadhom jistgħu jgħinuna.

Onestà

  • “Nixtiequ nġibu ruħna bl-onestà f’kollox.”—Ebrej 13:18.

  • “Min jisraq ħa ma jisraqx iktar, imma minflok ħa jaħdem iebes.”—Efesin 4:28.

Kif Tmur Tajjeb m’Oħrajn

  • “Kompli agħmel dak li jaqbel lil ħaddieħor, u mhux biss dak li jaqbel lilek.”—1 Korintin 10:24.

  • “Komplu ssaportu lil xulxin u aħfru lil xulxin mill-qalb.”—Kolossin 3:13.

Kif Nieħdu Deċiżjonijiet

  • “Xi ħadd bla esperjenza jemmen kollox, imma l-għaqli jaħseb sew dwar kull ħaġa li se jagħmel.”—Proverbji 14:15.

  • “L-għaqli jaħrab xħin jara l-periklu, imma dak taʼ bla esperjenza jibqaʼ sejjer u jbati l-konsegwenzi.”—Proverbji 22:3.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja