LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w14 12/15 p. 32
  • Kien ‘jafha t-triq’

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kien ‘jafha t-triq’
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • Materjal Simili
  • Membri Ġodda tal-Ġemgħa li Tiggverna
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • Membru Ġdid tal-Ġemgħa li Tiggverna
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Laqgħa li Spikkat fl-Unità u Pjanijiet Eċċitanti
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
  • Membri Ġodda tal-Ġemgħa li Tiggverna
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
w14 12/15 p. 32
Guy Pierce

Kien ‘jafha t-​triq’

GUY HOLLIS PIERCE, membru tal-​Ġemgħa li Tiggverna tax-​Xhieda taʼ Ġeħova, intemmitlu ħajtu fuq l-​art nhar it-​Tlieta, 18 taʼ Marzu 2014, fl-​età taʼ 79. Bħala wieħed minn ħut Kristu, ġie rxoxtat u rċieva l-​premju tiegħu fis-​sema.—Ebrej 2:10-​12; 1 Pietru 3:18.

Guy Pierce twieled f’Auburn, Kalifornja, l-​Istati Uniti tal-​Amerika, fis-​6 taʼ Novembru 1934, u tgħammed fl-​1955. Iżżewweġ lill-​maħbuba martu Penny fl-​1977 u rabba familja. Kien ukoll bħal missier għal ħafna oħrajn. Fl-​1982, hu u Penny bdew jaqdu bħala pijunieri flimkien. Mill-​1986, hu qeda bħala indokratur li jżur il-​kongregazzjonijiet fl-​Istati Uniti għal 11-​il sena.

Fl-​1997, Guy u Penny Pierce saru parti mill-​familja Betel tal-​Istati Uniti. Ħuna Pierce kien jaħdem fid-​Dipartiment tas-​Servizz, u fl-​1998 ġie maħtur biex jgħin lill-​Kumitat tal-​Personell tal-​Ġemgħa li Tiggverna. Fit-​2 t’Ottubru 1999, fil-​laqgħa annwali, tħabbar li hu ġie maħtur bħala membru tal-​Ġemgħa li Tiggverna. Fis-​snin reċenti, qeda fi żminijiet differenti fil-​kumitat tal-​Personell, tal-​Kitba, tal-​Ippubblikar, u tal-​Koordinaturi.

Ħuna Pierce kellu tbissima dħulija u kien ċajtier. Nies li kellhom trobbija u kulturi differenti ħassewhom komdi miegħu. Imma dak li verament kien jogħġobhom fih kien l-​imħabba, l-​umiltà, ir-​rispett li kellu għal-​liġijiet u l-​prinċipji t’Alla, u l-​fidi soda f’Ġeħova. Guy Pierce spiss kien jgħid li iktar hemm ċans li x-​xemx ma titlax milli li Ġeħova ma jżommx il-​wegħdi tiegħu, u ried li d-​dinja kollha tkun taf dwar dan.

Ħuna Pierce ħadem iebes għal Ġeħova. Kien jibda minn kmieni filgħodu u spiss jibqaʼ għaddej sa tard billejl. Hu vvjaġġa mad-​dinja kollha biex jinkuraġġixxi lil ħutu Kristjani, u qatt ma kellu wisq x’jagħmel biex iqattaʼ ħin maʼ dawk li kellhom bżonn l-​għajnuna tiegħu jew li talbuh parir. Anki ħafna snin wara, aduraturi sħabu jiftakru fl-​ospitalità, fil-​ħbiberija, u fl-​inkuraġġiment Skritturali tiegħu.

Minbarra li kien ħuna kien ukoll il-​ħabib tagħna. In-​nuqqas tiegħu se jinħass minn martu, is-​sitt itfal tiegħu, in-​neputijiet u t-​tfal tagħhom, u l-​ħafna tfal spiritwali li kellu. Mark Sanderson, membru ieħor tal-​Ġemgħa li Tiggverna, ta t-​taħdita tal-​funeral taʼ Ħuna Pierce fil-​Betel taʼ Brooklyn nhar is-​Sibt, 22 taʼ Marzu 2014. Hu tkellem dwar it-​tama għas-​sema li kellu Ħuna Pierce u qara kliem Ġesù: “F’dar Missieri hemm ħafna postijiet fejn toqogħdu. . . . Meta mmur inħejji post għalikom, nerġaʼ niġi u nilqagħkom id-​dar għandi, biex fejn inkun jien tkunu intom ukoll. U fejn sejjer jien, it-​triq tafuha.”—Ġwanni 14:2-​4.

Se nimmissjaw ħafna lil Ħuna Pierce. Imma aħna ferħanin li kien ‘jafha t-​triq’ fejn se ‘joqgħod’ għal dejjem.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja