LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w14 12/15 pp. 9-14
  • Qed ‘tifhem l-Iskrittura’?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Qed ‘tifhem l-Iskrittura’?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • DAK LI JIŻRAʼ U MBAGĦAD JORQOD
  • IX-​XIBKA L-​KBIRA
  • L-​IBEN IL-​ĦALI
  • ‘Isimgħu u ifhmu’
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • Ma Tafx Liema Tinbet!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • Hu “Alla li Jkabbar”!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • Ix-Xibka l-Kbira u l-Ħut X’Ifissru Għalik?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
w14 12/15 pp. 9-14
It-tixbihat taʼ Ġesù dwar dak li jiżraʼ u mbagħad jorqod, ix-xibka l-kbira, u l-iben il-ħali

Qed ‘tifhem l-​Iskrittura’?

“Fetħilhom moħħhom biex jifhmu l-​Iskrittura.”—LUQA 24:45.

X’TITGĦALLEM MIT-​TIXBIHA DWAR . . .

  • dak li jiżraʼ u mbagħad jorqod?

  • ix-​xibka l-​kbira?

  • l-​iben il-​ħali?

1, 2. Ġesù kif qawwa qalb id-​dixxipli tiegħu fil-​ġurnata meta ġie rxoxtat?

FIL-​ġurnata li Ġesù ġie rxoxtat, tnejn mid-​dixxipli tiegħu kienu mexjin lejn raħal li kien xi 11-​il kilometru ’l bogħod minn Ġerusalemm. Kienu mnikktin għax Ġesù kien ġie maqtul u kienu għadhom ma jafux li ġie rxoxtat. F’daqqa waħda, deher Ġesù u beda miexi magħhom. Imbagħad “beda minn Mosè u l-​Profeti kollha jfissrilhom dak li kien hemm miktub fuqu fl-​Iskrittura kollha.” (Luqa 24:13-​15, 27) Ħassewhom imfarrġin u qalbhom bdiet titkebbes fihom, għax Ġesù kien qed ‘jispjegalhom ċar’ l-​Iskrittura.—Luqa 24:32.

2 Dik l-​istess lejla, dawn iż-​żewġ dixxipli marru lura Ġerusalemm. Meta sabu l-​appostli, qalulhom b’dak li kien ġara. Kif kienu qed jitkellmu, Ġesù deher f’nofshom. L-​appostli tgħidx kemm beżgħu u bdew jiddubitaw jekk dan kienx veru Ġesù. Ġesù kif qawwielhom qalbhom? Il-​Bibbja tispjega bil-​kliem: “Fetħilhom moħħhom biex jifhmu l-​Iskrittura.”—Luqa 24:45.

3. Għala nistgħu nħossuna skuraġġiti fis-​servizz tagħna lil Ġeħova, imma kif nistgħu nibqgħu ferħanin?

3 Xi kultant jistaʼ jkun li nħossuna mnikktin ħafna, bħalma ħassewhom dawn id-​dixxipli. Għalkemm inkunu beżlin f’li naqdu lil Ġeħova, forsi nħossuna skuraġġiti għax in-​nies ma jagħtux widen meta nippritkawlhom. (1 Korintin 15:58) Jew forsi nħossu li l-​istudenti tal-​Bibbja tagħna mhux qed jagħmlu biżżejjed progress. Xi wħud minnhom jistgħu saħansitra jagħtu daharhom lil Ġeħova. Kif nistgħu nibqgħu ferħanin fil-​ministeru tagħna? Ħaġa li se tgħinna hi li nifhmu sew it-​tixbihat taʼ Ġesù. Issa se neżaminaw tlieta minnhom u naraw x’nistgħu nitgħallmu.

DAK LI JIŻRAʼ U MBAGĦAD JORQOD

4. Xi tfisser it-​tixbiha taʼ Ġesù dwar dak li jiżraʼ u mbagħad jorqod?

4 Aqra Marku 4:26-​29. Xi tfisser it-​tixbiha taʼ Ġesù dwar dak li jiżraʼ u mbagħad jorqod? Dak li jiżraʼ jirrappreżenta lill-​predikaturi tas-​Saltna, u ż-​żerriegħa tirrappreżenta l-​messaġġ li jippritkaw lil nies b’attitudni xierqa. Dak li jiżraʼ jagħmel l-​affarijiet normali li jagħmel ħaddieħor, “jorqod bil-​lejl u jqum bi nhar.” Iż-​żerriegħa ma tikbirx mil-​lum għal għada. Il-​proċess idum minn meta ż-​żerriegħa tinżeraʼ sakemm jasal il-​ħsad. Iż-​żerriegħa “tinbet u tikber” waħedha, bil-​mod il-​mod u pass pass. B’mod simili, individwu jikber spiritwalment, jew jersaq qrib taʼ Ġeħova, bil-​mod il-​mod u pass pass. Meta jagħmel progress sal-​punt li jiddeċiedi li jaqdi lil Alla, hu ‘jagħti l-​frott’ billi jiddedika ħajtu lil Ġeħova u jitgħammed.

Ġeħova jagħmel il-​verità tikber f’qalb dawk li għandhom “attitudni xierqa”

5. Ġesù għala ta t-​tixbiha dwar dak li jiżraʼ u mbagħad jorqod?

5 Ġesù għala ta din it-​tixbiha? Ġesù jridna nirrealizzaw li Ġeħova hu dak li jagħmel il-​verità tikber f’qalb dawk li għandhom “attitudni xierqa.” (Atti 13:48; 1 Korintin 3:7) Aħna niżirgħu u nsaqqu, imma ma nistgħux inġiegħlu ż-​żerriegħa tikber jew inħaffu t-​tkabbir tagħha. Bħar-​raġel fit-​tixbiha, ma nafux kif ikun qed isir it-​tkabbir. Hekk kif inkunu għaddejjin b’ħajjitna, nafu lanqas biss nindunaw li ż-​żerriegħa tas-​Saltna qed tikber f’ħaddieħor. Imma maż-​żmien, jistaʼ ‘jagħti l-​frott,’ u mbagħad id-​dixxiplu l-​ġdid se jaħdem magħna fix-​xogħol tal-​ħsad.—Ġwanni 4:36-​38.

6. Xi rridu nammettu dwar il-​progress li jagħmel student tal-​Bibbja?

6 X’nistgħu nitgħallmu minn din it-​tixbiha? L-​ewwel, għandna bżonn nammettu li ma nistgħux nikkontrollaw il-​pass li bih student tal-​Bibbja jagħmel progress fil-​verità. Għalkemm nagħmlu kulma nistgħu biex ngħinu u nappoġġaw l-​istudent, qatt m’għandna nagħmlulu pressjoni biex jitgħammed. Minflok, b’umiltà nirrealizzaw li hu biss jistaʼ jiddeċiedi jekk hux se jiddedika ħajtu lil Ġeħova jew le. L-​uniku mod kif Ġeħova jaċċetta d-​dedikazzjoni tagħna hu jekk verament inħobbuh.—Salm 51:12; 54:6; 110:3.

7, 8. (a) X’nistgħu nitgħallmu iktar mit-​tixbiha taʼ Ġesù dwar dak li jiżraʼ u mbagħad jorqod? Agħti eżempju. (b) Dan x’jgħallimna dwar Ġeħova u Ġesù?

7 It-​tieni, jekk nifhmu l-​lezzjoni taʼ din it-​tixbiha se niġu megħjunin biex ma naqtgħux qalbna jekk għall-​ewwel ma narawx riżultati mix-​xogħol taʼ tagħlim tagħna. Irridu nkunu paċenzjużi. (Ġakbu 5:7, 8) Jekk għamilna l-​aħjar tagħna biex ngħinu lill-​istudent imma l-​verità ma tikbirx f’qalbu, dan ma jfissirx li m’aħniex għalliema tajbin. Ġeħova jħalli ż-​żerriegħa tal-​verità tikber biss f’qalb individwu umli li lest li jagħmel bidliet. (Mattew 13:23) Għalhekk, m’għandniex niġġudikaw kemm aħna effettivi fil-​ministeru tagħna sempliċement minn kemm jirnexxilna nwasslu nies għall-​magħmudija. Wara kollox, Ġeħova ma jikkalkulax kemm qed ikollna suċċess fil-​ministeru tagħna mill-​ammont taʼ nies li jniżżlu f’qalbhom dak li qed ngħallmuhom. Minflok, japprezza l-​isforzi ħabrieka tagħna.—Aqra Luqa 10:17-​20; 1 Korintin 3:8.

Ġeħova ma jikkalkulax kemm qed ikollna suċċess fil-​ministeru tagħna mill-​ammont taʼ nies li jniżżlu f’qalbhom dak li qed ngħallmuhom

8 It-​tielet, aħna mhux dejjem nistgħu naraw il-​bidliet li jkunu qed iseħħu f’qalb dak li jkun. Pereżempju, koppja li kienu qed jistudjaw maʼ missjunarju qalulu li riedu jsiru pubblikaturi mhux mgħammdin. Hu fakkarhom li l-​ewwel kellhom jieqfu jpejpu. Baqaʼ sorpriż meta qalulu li ilhom li waqfu jpejpu diversi xhur. Kienu ndunaw li anki jekk ipejpu bil-​moħbi, Ġeħova xorta setaʼ jarahom u kienu jafu li jobgħod l-​ipokrisija. Għalhekk, iddeċidew li jew kienu se jpejpu quddiem il-​missjunarju jew inkella jieqfu għalkollox. Għalkemm il-​missjunarju ma kien jaf xejn dwar il-​bidla kbira li kienu għamlu l-​koppja, l-​imħabba tagħhom għal Ġeħova li kienet qed tikber għenithom jieħdu d-​deċiżjoni t-​tajba.

IX-​XIBKA L-​KBIRA

9. Xi tfisser it-​tixbiha taʼ Ġesù dwar ix-​xibka l-​kbira?

9 Aqra Mattew 13:47-​50. Xi tfisser it-​tixbiha taʼ Ġesù dwar ix-​xibka l-​kbira? Ġesù qal li l-​ippritkar tal-​messaġġ tas-​Saltna hu bħal xibka kbira li tiġi mitfugħa l-​baħar. Bħalma xibka kbira taqbad kwantità kbira taʼ “ħut taʼ kull xorta,” l-​ippritkar tagħna jattira lil miljuni taʼ nies taʼ kull xorta. (Isaija 60:5) Il-​miljuni taʼ nies li jiġu kull sena għall-​konvenzjonijiet tagħna u għat-​Tifkira juru kemm hu minnu dan. Xi wħud minn dawn in-​nies huma bħal ħut ‘tajjeb,’ u jsiru parti mill-​kongregazzjoni Kristjana. Oħrajn huma bħal ħut ‘ħażin,’ u Ġeħova ma jaċċettahomx.

Xibka kbira taqbad ħut taʼ kull xorta, u l-ħut tajjeb jinġabar f’reċipjent

Wara li taqra Mattew 13:47-50 . . .

10. Ġesù għala ta t-​tixbiha dwar ix-​xibka l-​kbira?

10 Ġesù għala ta din it-​tixbiha? Fit-​tixbiha, il-​ħut tajjeb jinfired mill-​ħut ħażin. Dan ma jirreferix għall-​ġudizzju finali li se jsir matul it-​tribulazzjoni l-​kbira. Minflok, jispjega xi ħaġa li qed isseħħ matul l-​aħħar jiem taʼ din is-​sistema. Ġesù wera li mhux kull min jogħġbu l-​messaġġ tas-​Saltna se jkun irid isir qaddej taʼ Ġeħova. Ħafna wħud li ġew il-​laqgħat tagħna jew li studjaw il-​Bibbja magħna mhumiex lesti li jiddedikaw ħajjithom lil Ġeħova. (1 Slaten 18:21) Oħrajn anke waqfu jiġu l-​laqgħat. Xi żgħażagħ trabbew minn ġenituri Kristjani, imma ma bnewx relazzjoni mill-​qrib huma stess maʼ Ġeħova. Ġesù enfasizza li kull wieħed u waħda minna għandu bżonn jieħu deċiżjoni persunali. Jekk nieħdu d-​deċiżjoni t-​tajba, Ġeħova se jqisna bħala wħud “mixtiqin,” jew prezzjużi.—Ħaggaj 2:7.

Pubblikatur tas-Saltna jagħti xhieda lil grupp taʼ rġiel, imma wieħed minnhom biss jieħu waqfa fuq in-naħa taʼ Ġeħova

. . . ikkunsidra kif japplika għal żmienna

11, 12. (a) Kif nistgħu nibbenefikaw mit-​tixbiha dwar ix-​xibka l-​kbira? (b) Dan x’jgħallimna dwar Ġeħova u Ġesù?

11 Kif nistgħu nibbenefikaw mit-​tixbiha dwar ix-​xibka l-​kbira? Li nifhmu l-​lezzjoni taʼ din it-​tixbiha se jgħinna ma nkunux imnikktin jew diżappuntati żżejjed jekk xi student tal-​Bibbja jew wieħed minn uliedna ma jkunx irid jaqdi lil Ġeħova. Jistaʼ jkun li għamilna kulma stajna biex inħarrġuh. Dak li jkun ma jsirx il-​ħabib t’Alla b’mod awtomatiku sempliċement għax aċċetta li jistudja l-​Bibbja jew għax trabba fil-​verità. Jekk mhuwiex lest li jaċċetta l-​awtorità taʼ Ġeħova, ma jistax ikun wieħed mill-​qaddejja t’Alla.

Xi wħud li togħġobhom il-verità se jieħdu waqfa fuq in-naħa taʼ Ġeħova (Ara paragrafi 9-12)

12 Ifisser dan li dawk li telqu mill-​verità qatt mhu se jitħallew jiġu lura fil-​kongregazzjoni? Ifisser li m’hemmx tama għal xi ħadd li għadu ma ddedikax ħajtu lil Ġeħova? Le, il-​bieb għadu miftuħ biex dak li jkun isir il-​ħabib taʼ Ġeħova qabel ma tfaqqaʼ t-​tribulazzjoni l-​kbira. Ġeħova jgħidilhom: “Erġgħu lura lejja, u jien nerġaʼ lura lejkom.” (Malakija 3:7) Dan jiġi enfasizzat fit-​tixbiha taʼ Ġesù dwar l-​iben il-​ħali.—Aqra Luqa 15:11-​32.

L-​IBEN IL-​ĦALI

13. Xi tfisser it-​tixbiha taʼ Ġesù dwar l-​iben il-​ħali?

13 Xi tfisser it-​tixbiha taʼ Ġesù dwar l-​iben il-​ħali? Il-​missier mimli ħniena fit-​tixbiha jagħti stampa taʼ Missierna tas-​sema kollu mħabba, Ġeħova. L-​iben li m’apprezzax il-​wirt prezzjuż tiegħu jagħti stampa tan-​nies li jitilqu mill-​kongregazzjoni Kristjana. Dawn isiru parti mid-​dinja taʼ Satana, li hi bħal “pajjiż imbiegħed,” ’il bogħod ħafna minn Ġeħova. (Efesin 4:18; Kolossin 1:21) Maż-​żmien, xi ftit minn dawn l-​uħud jintebħu li żbaljaw bl-​ikrah u jiddeċiedu li jerġgħu lura għand Ġeħova. Dan jirrikjedi sforz, imma minħabba li huma umli u jiddispjaċihom b’mod ġenwin għal li għamlu, Ġeħova jaħfrilhom u b’ħerqa jilqagħhom lura.—Isaija 44:22; 1 Pietru 2:25.

Ġeħova mill-​fond taʼ qalbu jrid li dawk li telquh jerġgħu lura

14. Ġesù għala ta t-​tixbiha dwar l-​iben il-​ħali?

14 Ġesù għala ta din it-​tixbiha? Ġesù wera li Ġeħova mill-​fond taʼ qalbu jrid li dawk li telquh jerġgħu lura. Il-​missier fit-​tixbiha dejjem baqaʼ jittama li ibnu jirritorna. Meta ra lil ibnu ġej “waqt li kien għadu ’l bogħod,” telaq jiġri biex jilqgħu. Il-​missier ried li ibnu jkun jaf li kien ferħan li kien ġie lura. It-​tixbiha għandha tqanqal lil dawk li telqu mill-​verità biex mill-​ewwel jirritornaw lejn Ġeħova. Veru, ir-​relazzjoni tagħhom miegħu taf tkun dgħajfa ħafna, għandhom mnejn iħossuhom imbarazzati, u jistaʼ jidher diffiċli wisq biex jerġgħu lura, imma l-​isforz hu taʼ min jagħmlu! Meta jirritornaw, Ġeħova, Ġesù, u l-​anġli se jifirħu.—Luqa 15:7.

15, 16. (a) X’nitgħallmu mit-​tixbiha taʼ Ġesù dwar l-​iben il-​ħali? Agħti xi eżempji. (b) Dan x’jgħallimna dwar Ġeħova u Ġesù?

15 Kif nistgħu nibbenefikaw mit-​tixbiha dwar l-​iben il-​ħali? Għandna nimitaw l-​eżempju taʼ mħabba taʼ Ġeħova. Meta xi ħadd jirritorna fil-​kongregazzjoni, m’għandniex inkunu ‘ġusti żżejjed’ u nirrifjutaw li nilqgħuh lura. Dan jistaʼ jagħmel ħsara lill-​ħbiberija tagħna stess maʼ Ġeħova. (Ekkleżjasti 7:16) Lezzjoni oħra li nistgħu nitgħallmu mit-​tixbiha hi li għandna nħarsu lejn xi ħadd li telaq mill-​kongregazzjoni bħala “nagħġa mitlufa,” nagħġa li hemm ċans li tirritorna. (Salm 119:176) U jekk niltaqgħu maʼ xi ħadd li telaq mill-​kongregazzjoni imma li mhuwiex maqtugħ mis-​sħubija, se nagħmlu aħna kulma nistgħu biex ngħinuh jirritorna? Ikun xi jkun il-​każ, se ngħidu aħna lill-​anzjani mill-​ewwel ħalli jkunu jistgħu jgħinuh? Iva, hekk se nagħmlu jekk verament nifhmu u napplikaw il-​lezzjoni mit-​tixbiha taʼ Ġesù.

“M’hemm xejn aħjar milli tkun parti mill-​organizzazzjoni taʼ Ġeħova!”

16 Dawk li jirritornaw huma grati għall-​ħniena taʼ Ġeħova u għall-​imħabba u l-​appoġġ tal-​kongregazzjoni. Ħu li kien maqtugħ mis-​sħubija għal 25 sena jgħid: “Minn mindu ġejt aċċettat lura, il-​ferħ tiegħi baqaʼ jiżdied hekk kif irċivejt ‘staġuni taʼ serħan mingħand Ġeħova.’ (Atti 3:19) Kulħadd jagħtini ħafna appoġġ u jurini ħafna mħabba! Issa għandi familja spiritwali mill-​isbaħ!” Oħt żagħżugħa li ġiet lura fil-​kongregazzjoni wara ħames snin tgħid: “Ma nistax niddeskrivi kif ħassejtni meta rajt l-​imħabba li tkellem dwarha Ġesù murija lili b’mod tant ċar. M’hemm xejn aħjar milli tkun parti mill-​organizzazzjoni taʼ Ġeħova!”

17, 18. (a) X’tgħallimna minn dawn it-​tliet tixbihat? (b) X’aħna determinati li nagħmlu?

17 X’tgħallimna minn dawn it-​tliet tixbihat? L-​ewwel, irridu nifhmu li ma nistgħux nikkontrollaw il-​pass li bih student tal-​Bibbja jagħmel progress fil-​verità. Inħallu dan f’idejn Ġeħova. It-​tieni, ma nkunux realistiċi jekk nippretendu li dawk kollha li jissieħbu u jistudjaw magħna se jkunu jridu jaqdu lil Ġeħova. U t-​tielet, għalkemm xi wħud forsi jitilqu lil Ġeħova, jalla dejjem nibqgħu nittamaw li jerġgħu lura. U meta jirritornaw, ejja nilqgħuhom lura b’mod li juri l-​imħabba taʼ Ġeħova.

18 Jalla kull wieħed u waħda minna jkompli jikseb l-​għarfien, l-​abbiltà li jifhem, u l-​għerf. Hekk kif taqra t-​tixbihat taʼ Ġesù, staqsi lilek innifsek: ‘Din it-​tixbiha xi tfisser? Għala ġiet imniżżla fil-​Bibbja? Kif nistaʼ napplika dak li nitgħallem minnha? X’nitgħallem minn din dwar Ġeħova u Ġesù?’ Meta nagħmlu hekk, nuru li qed nifhmu kliem Ġesù.

XI ESPRESSJONIJIET SPJEGATI

  • Li nifhmu xi jfissru t-​tixbihat taʼ Ġesù jfisser li nagħmlu sforz biex insiru nafu kull waħda x’tirrappreżenta, biex nimmeditaw fuq dak li tgħallimna, u biex infittxu modi kif napplikaw dak li tgħallimna f’ħajjitna

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja