LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w17 Frar pp. 9-13
  • Il-​fidwa—“Rigal perfett” mingħand il-​Missier

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-​fidwa—“Rigal perfett” mingħand il-​Missier
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2017
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • “ĦA JITQADDES ISMEK”
  • “ĦA TIĠI SALTNATEK”
  • “ĦA JKUN LI TRID INT”
  • URI LIL ĠEĦOVA LI INT GRAT GĦALL-​FIDWA
  • IL-​FIDWA ĠĠIB BARKIET MINGĦAND ĠEĦOVA
  • Il-fidwa—L-aqwa rigal mingħand Alla
    X’nistgħu nitgħallmu mill-Bibbja?
  • Il-​Fidwa​—L-​Aqwa Rigal Mingħand Alla
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
  • Kabbar l-​Apprezzament Tiegħek għall-​Fidwa
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2021
  • Ġeħova jipprovdi “fidwa għall-kotra”
    Ersaq Qrib Lejn Ġeħova
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2017
w17 Frar pp. 9-13
Ġesù jgħallem folla

Il-​fidwa—“Rigal perfett” mingħand il-​Missier

“Kull għotja tajba u kull rigal perfett ġej . . . mingħand il-​Missier.”—ĠAKBU 1:17.

GĦANJIET: 148,  109

IL-​FIDWA KIF . . .

  • tgħin biex jitqaddes l-​isem taʼ Ġeħova?

  • iġġib barkiet taħt it-​tmexxija tas-​Saltna t’Alla?

  • tgħin biex jitwettaq l-​iskop t’Alla?

1. Il-​fidwa liema affarijiet tajbin tagħmel possibbli għalina?

IS-​SAGRIFIĊĊJU bħala fidwa taʼ Ġesù Kristu jagħmel ħafna barkiet possibbli. Pereżempju, l-​arranġament tal-​fidwa jagħmilha possibbli għal ulied Adam kollha li jħobbu s-​sewwa biex xi darba jsiru parti mill-​familja t’Alla. Barka oħra hi li nistgħu ngħixu kuntenti għal dejjem. Iktar minn hekk, il-​fidwa għandha x’taqsam m’affarijiet li huma importanti ħafna għal dawk kollha fis-​sema u fuq l-​art.—Ebrej 1:8, 9.

2. (a) Fit-​talba tiegħu, Ġesù x’semma li kien taʼ importanza kbira fis-​sema u fuq l-​art? (Ara l-​ewwel stampa.) (b) X’se niddiskutu f’dan l-​artiklu?

2 Madwar sentejn qabel ma miet Ġesù, hu għallem lid-​dixxipli tiegħu biex jitolbu: “Missierna fis-​smewwiet, ħa jitqaddes ismek. Ħa tiġi saltnatek. Ħa jkun li trid int, kif fis-​sema, ukoll fuq l-​art.” (Mattew 6:9, 10) Ejja neżaminaw kif il-​fidwa għandha x’taqsam mat-​taqdis tal-​isem taʼ Ġeħova, mat-​tmexxija tas-​Saltna t’Alla, u maʼ li ssir ir-​rieda t’Alla.

“ĦA JITQADDES ISMEK”

3. (a) Isem Ġeħova x’jirrappreżenta? (b) Satana kif attakka l-​isem taʼ Ġeħova?

3 L-​ewwel u qabel kollox, Ġesù talab ħalli l-​isem taʼ Ġeħova jiġi mqaddes, jew trattat bħala qaddis. Isem Ġeħova jirrappreżenta lil Ġeħova nnifsu, min hu. Huwa l-​iktar Persuna b’saħħtu u ġust fl-​univers kollu. Ukoll, Ġesù sejjaħlu “Missier Qaddis.” (Ġwanni 17:11) Peress li Ġeħova hu qaddis, kulma jagħmel u kull liġi li jagħmel hi qaddisa. Imma fl-​Għeden, Satana b’makakkerija qajjem dubju dwar id-​dritt t’Alla li jistabbilixxi livelli għall-​bnedmin. Hu gideb dwar Ġeħova u attakka l-​isem t’Alla, jew ir-​reputazzjoni tiegħu.—Ġenesi 3:1-​5.

4. Ġesù kif ittratta l-​isem t’Alla bħala qaddis?

4 Ġesù, mill-​banda l-​oħra, verament ħabb l-​isem taʼ Ġeħova u għamel kulma setaʼ biex iqaddsu. (Ġwanni 17:25, 26) Kif? Bl-​imġiba u t-​tagħlim tiegħu, Ġesù għen oħrajn jaraw li l-​livelli taʼ Ġeħova huma tajbin u li dak kollu li jistenna minna huwa għall-​ġid tagħna stess. (Aqra Salm 40:8-​10.) Anke meta Satana ġiegħlu jbati u jmut mewta taʼ wġigħ, Ġesù baqaʼ leali. Hu ta prova li huwa possibbli għal bniedem perfett li jobdi lil Ġeħova għalkollox.

5. Kif nistgħu nittrattaw isem Ġeħova bħala qaddis?

5 Kif nistgħu nuru li nħobbu l-​isem taʼ Ġeħova? Bl-​imġiba tagħna. Ġeħova jirrikjedi minna li nkunu qaddisin. (Aqra l-​1 Pietru 1:15, 16.) Dan ifisser li nqimu lilu biss u nobduh b’qalbna kollha. Anke meta nkunu persegwitati, aħna nagħmlu kulma nistgħu ħalli ngħixu bil-​mod kif jgħallimna Ġeħova. Billi ngħixu skont il-​livelli taʼ Ġeħova, aħna nġibu glorja lil ismu. (Mattew 5:14-​16) Aħna nagħtu prova li l-​liġijiet tiegħu huma tajbin u li Satana hu giddieb. M’aħniex perfetti, allura se niżbaljaw. Imma meta jiġri dan, nindmu u nagħmlu l-​almu tagħna biex nieqfu nagħmlu affarijiet li jiddiżonoraw l-​isem taʼ Ġeħova.—Salm 79:9.

6. Ġeħova għala jistaʼ jqisna ġusti, minkejja li aħna imperfetti?

6 Kemm jekk aħna mill-​midlukin jew min-​“nagħaġ oħrajn,” Ġeħova jaħfrilna dnubietna jekk ikollna fidi fil-​fidwa. Hu jaċċetta bħala aduraturi tiegħu lil dawk li jiddedikaw lilhom infushom lilu. Lill-​Kristjani midlukin hu jiddikjarahom ġusti bħala wliedu u lin-​“nagħaġ oħrajn” ġusti bħala ħbiebu. (Ġwanni 10:16; Rumani 5:1, 2; Ġakbu 2:21-​25) Għalhekk, anke issa, il-​fidwa tagħmilhielna possibbli li jkollna relazzjoni tajba maʼ Missierna u li nqaddsu ismu.

“ĦA TIĠI SALTNATEK”

7. Il-​fidwa liema barkiet tagħmel possibbli?

7 Fit-​talba mudell, Ġesù qal: “Ħa tiġi saltnatek.” Il-​fidwa x’għandha x’taqsam mas-​Saltna t’Alla? Is-​Saltna t’Alla, jew gvern, hi magħmula minn Ġesù u 144,000 magħżulin mill-​umanità. Il-​fidwa tagħmilha possibbli għal dawn il-​bnedmin li jiġu rxoxtati għas-​sema. (Rivelazzjoni 5:9, 10; 14:1) Huma se jkunu slaten u qassisin u se jsaltnu għal fuq l-​art maʼ Ġesù għal elf sena. Matul dak iż-​żmien, permezz tas-​Saltna, Ġeħova se jagħmel l-​art ġenna u jgħin lill-​bnedmin kollha jsiru perfetti. Il-​qaddejja taʼ Ġeħova fis-​sema u fuq l-​art fl-​aħħar se jkunu familja waħda. (Rivelazzjoni 5:13; 20:6) Ġesù se jeqred lil Satana u jneħħi l-​problemi kollha li kkaġuna.—Ġenesi 3:15.

8. (a) Ġesù kif għen lid-​dixxipli tiegħu jifhmu li s-​Saltna t’Alla hi importanti? (b) Illum kif nappoġġjawha s-​Saltna?

8 Ġesù għen lid-​dixxipli tiegħu jifhmu l-​importanza tas-​Saltna t’Alla. Kif? Eżatt wara l-​magħmudija tiegħu, Ġesù beda jipprietka “l-​aħbar tajba tas-​saltna t’Alla” kull fejn mar. (Luqa 4:43) Ukoll, hu qal lid-​dixxipli tiegħu biex ikunu xhieda tiegħu “sa l-​iktar parti mbiegħda taʼ l-​art.” (Atti 1:6-​8) Illum, permezz tax-​xogħol tal-​ippritkar tas-​Saltna, in-​nies għandhom l-​opportunità li jitgħallmu dwar il-​fidwa u jsiru sudditi tas-​Saltna t’Alla. Aħna nuru li aħna sudditi leali tas-​Saltna billi ngħinu lill-​midlukin jippritkaw l-​aħbar tajba madwar id-​dinja.—Mattew 24:14; 25:40.

“ĦA JKUN LI TRID INT”

9. Għala nistgħu nkunu fiduċjużi li Ġeħova se jwettaq l-​iskop tiegħu għall-​bnedmin?

9 X’ried ifisser Ġesù meta mbagħad qal: “Ħa jkun li trid int”? Meta Ġeħova jgħid li se jiġri xi ħaġa, hekk jiġri. (Isaija 55:11) Ir-​ribelljoni taʼ Satana ma setgħetx twaqqaf lil Ġeħova. X’kienet ir-​rieda taʼ Ġeħova għall-​art? Hu ried li l-​art tkun mimlija bit-​tfal perfetti taʼ Adam u Eva. (Ġenesi 1:28) Li kieku Adam u Eva mietu mingħajr ma kellhom ulied, l-​iskop t’Alla li jimla l-​art b’uliedhom kien se jiġi fix-​xejn. Allura, Ġeħova ppermetta li jkollhom it-​tfal. Il-​fidwa tagħti l-​opportunità lil kull min jeżerċita l-​fidi biex isir perfett u jgħix għal dejjem. Ġeħova jħobbhom lin-​nies u jrid li jkollna l-​ħajja meraviljuża li kellu f’moħħu għalina.

10. Il-​fidwa kif inhi taʼ benefiċċju għan-​nies li mietu?

10 Xi ngħidu dwar il-​biljuni taʼ nies li mietu mingħajr qatt ma kellhom l-​opportunità li jsiru jafu lil Ġeħova? Ġeħova jrid li n-​nies jgħixu. Allura hu saħansitra se jqajjem lil dawk li mietu. Il-​fidwa tagħmilha possibbli għalihom li jerġgħu jgħixu. Imbagħad se jkunu jistgħu jitgħallmu dwar Ġeħova u jgħixu għal dejjem. (Atti 24:15) Ġeħova hu s-​Sors tal-​ħajja. Meta Ġeħova jagħti lura l-​ħajja lil dawk li mietu, hu jsir Missierhom. (Salm 36:9) Fit-​talba mudell, Ġesù qal li Ġeħova hu “Missierna fis-​smewwiet.” (Mattew 6:9) Ġeħova ta lil Ġesù rwol importanti ħafna li jqajjem lill-​mejtin. Ġesù qal: “Jien l-​irxoxt u l-​ħajja.”—Ġwanni 6:40, 44; 11:25.

11. X’inhi r-​rieda t’Alla għall-​“folla kbira”?

11 Ġesù qal ukoll: “Kulmin jagħmel ir-​rieda t’Alla, dan hu ħija u oħti u ommi.” (Marku 3:35) Hija r-​rieda t’Alla li nies minn kull ġens, tribù, u lingwa jsiru aduraturi tiegħu. Dawn huma deskritti bħala “folla kbira, li ebda bniedem ma setaʼ jgħoddha.” Huma għandhom fidi fil-​fidwa u jridu jobdu lil Alla. Huma jfaħħruh u jgħidu: “Is-​salvazzjoni nafuha lil Alla tagħna, li qiegħed bil-​qiegħda fuq it-​tron, u lill-​Ħaruf.”—Rivelazzjoni 7:9, 10.

12. Mit-​talba taʼ Ġesù, x’nitgħallmu dwar l-​iskop taʼ Ġeħova għall-​bnedmin?

12 Mit-​talba mudell taʼ Ġesù, tgħallimna ħafna dwar Ġeħova u l-​iskop tiegħu għan-​nies. L-​ewwel, għandna nagħmlu kulma nistgħu biex inqaddsu l-​isem taʼ Ġeħova u nonoraw Lilu. (Isaija 8:13) Is-​sagrifiċċju taʼ Ġesù bħala fidwa, li jagħmel is-​salvazzjoni tagħna possibbli, jonora l-​isem t’Alla wkoll. Fil-​fatt, l-​istess isem Ġesù jfisser “Ġeħova Hu Salvazzjoni.” It-​tieni, permezz tas-​Saltna tiegħu Ġeħova se jġib il-​benefiċċji kollha tal-​fidwa lil bnedmin ubbidjenti. U t-​tielet, aħna fiduċjużi li xejn mhu se jwaqqaf ir-​rieda taʼ Ġeħova milli titwettaq.—Salm 135:6; Isaija 46:9, 10.

URI LIL ĠEĦOVA LI INT GRAT GĦALL-​FIDWA

13. Għala nitgħammdu?

13 Mod importanti kif nuru li aħna grati għall-​fidwa hu billi niddedikaw ħajjitna lil Ġeħova u nitgħammdu. B’hekk, nuru li għandna fidi fil-​fidwa u li “aħna taʼ Ġeħova.” (Rumani 14:8) Meta nitgħammdu, nitolbu lil Ġeħova biex jagħtina “kuxjenza tajba.” (1 Pietru 3:21) Ġeħova jwieġeb billi japplika l-​benefiċċji tal-​fidwa għalina. U aħna assolutament ċerti li se jagħtina dak kollu li wiegħed.—Rumani 8:32.

Raġel jitgħammed bħala wieħed mix-Xhieda taʼ Ġeħova u jieħu sehem fis-servizz tal-għalqa

Kif nuru li aħna grati għall-​fidwa? (Ara paragrafi 13, 14)

14. Ġeħova għala jikkmandana biex inħobbu lil oħrajn?

14 Kulma jagħmel Ġeħova hu mqanqal mill-​imħabba. Ir-​rieda tiegħu hi li l-​aduraturi tiegħu jimitawh u jħobbu lil xulxin. (1 Ġwanni 4:8-​11) Meta nħobbu n-​nies, nuru biċ-​ċar li rridu nkunu ‘wlied Missierna li hu fis-​smewwiet.’ (Mattew 5:43-​48) L-​ikbar żewġ kmandi huma l-​ewwel li nħobbu lil Ġeħova, u t-​tieni li nħobbu lil oħrajn. (Mattew 22:37-​40) Mod wieħed kif nistgħu nuru mħabba għan-​nies hu billi ngħallmuhom l-​aħbar tajba tas-​Saltna t’Alla. Jekk nobdu l-​kmand taʼ Ġeħova biex inħobbu lil oħrajn, speċjalment lil ħutna, l-​imħabba tagħna għalih se “tintgħamel perfetta.”—1 Ġwanni 4:12, 20.

IL-​FIDWA ĠĠIB BARKIET MINGĦAND ĠEĦOVA

15. (a) Liema barkiet mingħand Ġeħova qed nirċievu issa? (b) Liema barkiet se nirċievu fil-​futur?

15 Ġeħova jassigurana li peress li għandna fidi fil-​fidwa, dnubietna ‘jitħassrulna.’ Hu jistaʼ jaħfrilna dnubietna kompletament. (Aqra Atti 3:19-​21.) Bħalma ddiskutejna qabel, il-​fidwa tagħmilha possibbli għal Ġeħova biex jadotta xi bnedmin ħalli jsiru wliedu fis-​sema. Dawn huma l-​midlukin. (Rumani 8:15-​17) Hu jistieden lil dawk li huma min-​“nagħaġ oħrajn” biex ikunu parti mill-​familja tiegħu fuq l-​art. Wara li jkunu saru perfetti, se jkun hemm l-​aħħar prova. Jekk ikunu leali lejn Ġeħova, hu jadottahom bħala wliedu wkoll. (Rumani 8:20, 21; Rivelazzjoni 20:7-​9) Ġeħova dejjem se jħobb lil uliedu kollha. Il-​fidwa se tkompli ġġib barkiet għal dejjem. (Ebrej 9:12) Ġeħova tana din l-​għotja prezzjuża, u ħadd ma jistaʼ jiħodhielna.

16. Il-​fidwa kif tgħinna nkunu ħelsin?

16 Jekk nindmu minn dnubietna, m’hemm xejn li x-​Xitan jistaʼ jagħmel biex iwaqqafna milli nsiru parti mill-​familja taʼ Ġeħova. Ġesù miet “darba għal dejjem.” Il-​fidwa tħallset b’mod permanenti. (Ebrej 9:24-​26) Adam ġabilna l-​mewt, imma s-​sagrifiċċju taʼ Ġesù se jġibilna l-​ħajja taʼ dejjem. Il-​fidwa tistaʼ teħlisna mid-​dinja taʼ Satana u mill-​biżaʼ tal-​mewt.—Ebrej 2:14, 15.

17. L-​imħabba taʼ Ġeħova xi tfisser għalik?

17 Il-​wegħdi t’Alla dejjem jitwettqu. L-​istess bħalma l-​liġijiet li Ġeħova għamel fin-​natura qatt ma jinbidlu, Ġeħova qatt mhu se jinbidel. Qatt mhu se jiddiżappuntana. (Malakija 3:6) Ġeħova jagħtina ħafna iktar mill-​għotja tal-​ħajja, hu jagħtina mħabbtu. “Aħna stess sirna nafu u emminna l-​imħabba li Alla għandu għalina. Alla hu mħabba.” (1 Ġwanni 4:16) Il-​wegħdi tiegħu dejjem iseħħu. Dalwaqt, l-​art se ssir ġenna mill-​isbaħ. Dak iż-​żmien, kull min jgħix hemmhekk se jimita lil Ġeħova u jħobb wieħed lil ieħor. Imbagħad, il-​qaddejja tiegħu kollha fis-​sema se jgħidu: “Il-​barka u l-​glorja u l-​għerf u r-​radd il-​ħajr u l-​unur u l-​qawwa u s-​saħħa jkunu lil Alla tagħna għal dejjem taʼ dejjem. Amen.”—Rivelazzjoni 7:12.

XI ESPRESSJONIJIET SPJEGATI

  • Insiru parti mill-​familja taʼ Ġeħova: Ġeħova hu Missierna għax hu ħalaqna. Meta Adam u Eva kielu mill-​frott, huma ċaħdu lil Ġeħova bħala Missierhom. Peress li jħobbna, Ġeħova għamel arranġament billi pprovda l-​fidwa ħalli l-​bnedmin jerġgħu jsiru parti mill-​familja tiegħu

  • Għandna nkunu qaddisin: Għandna nqimu biss lil Ġeħova u nobduh b’qalbna kollha. Għalkemm aħna imperfetti, xorta nistgħu nilħqu l-​livell taʼ qdusija taʼ Ġeħova jekk naċċettaw il-​fidwa

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja