AspctStyle/stock.adobe.com
Ġesù Se Jwaqqaf il-Gwerer
Meta Ġesù kien fuq l-art, hu wera mħabba kbira għan-nies tant li kien lest li jmut għalihom. (Mattew 20:28; Ġwanni 15:13) Dalwaqt, hu se jerġaʼ juri kemm iħobb lin-nies billi juża l-awtorità tiegħu bħala r-Re tas-Saltna t’Alla biex “iwaqqaf il-gwerer tad-dinja kollha.”—Salm 46:9.
Ara x’tgħid il-Bibbja dwar dak li se jagħmel Ġesù:
“Hu se jeħles lill-fqir li jgħajjatlu għall-għajnuna, u anki lill-batut u lil min m’għandux min jgħinu. Hu se jitħassar lill-batut u lill-fqir, u l-foqra se jsalvahom. Hu se jeħlishom mill-moħqrija u mill-vjolenza.”—Salm 72:12-14.
Kif nistgħu nuru li napprezzaw dak kollu li Ġesù għamel għalina u li se jagħmel dalwaqt? Mod wieħed hu billi titgħallem iktar dwar dak li pprietka dwaru Ġesù, jiġifieri “l-aħbar tajba tas-Saltna t’Alla.” (Luqa 4:43) Aqra l-artiklu “X’Inhi s-Saltna t’Alla?”