LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwbq artiklu 34
  • Se Jwieġeb Alla t-Talb Tiegħi?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Se Jwieġeb Alla t-Talb Tiegħi?
  • Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • It-tweġiba tal-Bibbja
  • Il-Bibbja x’tgħid?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2016
  • Ersaq Qrib Lejn Alla bit-​Talb
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
  • Il-privileġġ tat-talb
    X’nistgħu nitgħallmu mill-Bibbja?
  • Kif Tikseb Għajnuna Permezz Tat-Talb
    Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art
Ara Iżjed
Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
ijwbq artiklu 34

Se Jwieġeb Alla t-Talb Tiegħi?

It-tweġiba tal-Bibbja

Iva, se jwieġbu. Kemm il-Bibbja kif ukoll esperjenzi reali juru li Alla jwieġeb it-talb. Il-Bibbja tgħid: “[Alla] se jwettaq ix-xewqa taʼ dawk li jibżgħu minnu, u se jismaʼ l-għajta tagħhom għall-għajnuna u jsalvahom.” (Salm 145:19) Imma jekk Alla jismax lilek meta titlob jiddependi ħafna minnek.

Dak li hu importanti għal Alla

  • Nitolbu lil Alla, mhux lil Ġesù, lil Marija, il-qaddisin, l-anġli, jew ix-xbihat. Alla Ġeħova biss hu “Semmiegħ it-talb.”—Salm 65:2.

  • Nitolbu fi qbil mar-rieda, jew il-ħtiġijiet, t’Alla, li jinsabu fil-Bibbja.—1 Ġwanni 5:14.

  • Nitolbu f’isem Ġesù, nirrikonoxxu l-awtorità tiegħu. Ġesù qal: “Ħadd ma jiġi għand il-Missier ħlief permezz tiegħi.”—Ġwanni 14:6.

  • Nitolbu bil-fidi, u jekk ikun hemm bżonn nitolbu għal iktar fidi.—Mattew 21:22; Luqa 17:5.

  • Inkunu umli u sinċieri. Il-Bibbja tgħid: “Ġeħova fl-għoli, u madankollu lill-umli jarah.”—Salm 138:6.

  • Inkunu persistenti. Ġesù qal: “Ibqgħu itolbu, u jingħatalkom.”—Luqa 11:9.

Dak li mhuwiex importanti għal Alla

  • Ir-razza jew in-nazzjonalità tiegħek. “Alla mhux parzjali, imma f’kull ġens min jibżaʼ minnu u jagħmel is-sewwa hu aċċettat minnu.”—Atti 10:34, 35.

  • Il-qagħda jew il-pożizzjoni fiżika tiegħek. Tistaʼ titlob lil Alla bilqiegħda, b’rasek baxxuta, għarkopptejk, jew bilwieqfa.—1 Kronaki 17:16; Neħemija 8:6; Danjel 6:10; Marku 11:25.

  • Jekk titlobx b’vuċi għolja jew f’qalbek. Alla jwieġeb saħansitra talb li jingħad fil-qalb u li oħrajn ma jkunux jafu bih.—Neħemija 2:1-6.

  • Jekk dak li jinkwetak hux taʼ importanza jew le. Alla jħeġġek biex ‘titfaʼ l-ansjetà kollha tiegħek fuqu, għax hu jimpurtah minnek.’—1 Pietru 5:7.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja