LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwbq artiklu 46
  • Huwa x-Xitan Reali?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Huwa x-Xitan Reali?
  • Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • It-tweġiba tal-Bibbja
  • Iktar ideat żbaljati dwar ix-Xitan
  • Għadu Tal-Ħajja Taʼ Dejjem
    Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art
  • Ix-Xitan Mhux Sempliċement Superstizzjoni
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Opponi lil Satana, u Hu Jaħrab!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • Il-Bibbja x’tgħid?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2016
Ara Iżjed
Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
ijwbq artiklu 46

Huwa x-Xitan Reali?

It-tweġiba tal-Bibbja

Iva, ix-Xitan jeżisti. Hu “l-ħakkiem tad-dinja,” spirtu li sar ħażin u rribella kontra Alla. (Ġwanni 14:30; Efesin 6:11, 12) Il-Bibbja tirrivela l-personalità tax-Xitan permezz taʼ dawn l-ismijiet u d-deskrizzjonijiet:

  • Satana, li jfisser “Dak li jopponi.”—Ġob 1:6.

  • Xitan, li jfisser “Kalunnjatur.”—Rivelazzjoni 12:9.

  • Serp, li fil-Bibbja tintuża għal “Wieħed li jqarraq.”—2 Korintin 11:3.

  • Tentatur.—Mattew 4:3.

  • Giddieb.—Ġwanni 8:44.

Mhuwiex il-ħażen inġenerali

Xi wħud iqisu lil Satana x-Xitan sempliċement bħala l-ħażen inġenerali jew il-ħażen li jeżisti ġewwa fina. Madankollu, fil-Bibbja nsibu konversazzjoni bejn Alla u Satana. Alla hu perfett, u għalhekk ma jistax ikun li kien qed ikellem lil xi parti ħażina minnu nnifsu. (Dewteronomju 32:4; Ġob 2:1-6) Ukoll, Satana ttanta lil Ġesù, li hu ħieles minn kull dnub. (Mattew 4:8-10; 1 Ġwanni 3:5) B’hekk, il-Bibbja turi li x-Xitan huwa reali u mhux sempliċi personifikazzjoni tal-ħażen.

Għandna għalfejn nibqgħu skantati li ħafna nies ma jemmnux li x-Xitan hu reali? Xejn affattu, għax il-Bibbja tgħid li Satana juża l-qerq biex iwettaq l-iskopijiet tiegħu. (2 Tessalonikin 2:9, 10) Wieħed mill-akbar inganni tiegħu hu li għema lil ħafna nies biex ma jemmnux li hu jeżisti.—2 Korintin 4:4.

Iktar ideat żbaljati dwar ix-Xitan

Ħrafa: Luċifru hu isem ieħor għax-Xitan.

Fatt: Il-kelma bl-Ebrajk li f’ċerti Bibbji tiġi tradotta “Luċifru” tfisser “int li tiddi.” (Isaija 14:12) Il-kuntest juri li dan it-terminu jirreferi għad-dinastija, jew linja ta’ slaten, taʼ Babilonja, li Alla kien se jumilja minħabba l-arroganza tagħha. (Isaija 14:4, 13-20) L-espressjoni “li tiddi” ntużat biex twaqqaʼ għaċ-ċajt lid-dinastija Babiloniża wara li ntrebħet.

Ħrafa: Alla qed juża lil Satana bl-iskop li jittestja lin-nies ħalli jiġġudikahom.”

Fatt: Ix-Xitan hu l-għadu t’Alla, u mhux il-qaddej tiegħu. Satana x-Xitan jopponi u jakkuża b’mod falz lin-nies li jaqdu lil Alla.​—1 Pietru 5:8; Rivelazzjoni 12:10.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja