LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwyp artiklu 15
  • Niffissa Jien fuq id-Dehra Tiegħi?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Niffissa Jien fuq id-Dehra Tiegħi?
  • Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Kwizz: Iffissat jien?
  • ‘Għala għandi ħarsa negattiva tad-dehra tiegħi?’
  • ‘Għandi nbiddel id-dehra tiegħi?’
  • L-aqwa makeover!
  • Għala ninkwieta dwar kif nidher?
    Tweġibiet għal 10 mistoqsijiet li ż-żgħażagħ jistaqsu
  • Werrej
    Stenbaħ!—2013
  • Għala Għandi Nieħu Ħsieb Saħħti?
    Stenbaħ!—2010
  • Għala Għandi Nieħu Ħsieb Saħħti?
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu . . . Tweġibiet Prattiċi għall-Mistoqsijiet Tagħhom, L-1 Volum
Ara Iżjed
Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
ijwyp artiklu 15

IŻ-ŻGĦAŻAGĦ JISTAQSU

Niffissa Jien fuq id-Dehra Tiegħi?

  • Kwizz: Iffissat jien?

  • Għala għandi ħarsa negattiva tad-dehra tiegħi?

  • Għandi nbiddel id-dehra tiegħi?

  • L-aqwa makeover!

  • L-istorja taʼ Julia

Kwizz: Iffissat jien?

  1. Liema stqarrija tiddeskrivi l-aħjar kif tħossok?

    • Qatt ma jien sodisfatt bid-dehra tiegħi.

    • Kultant inkun sodisfatt bid-dehra tiegħi.

    • Dejjem sodisfatt bid-dehra tiegħi.

  2. X’tixtieq tbiddel l-iktar dwar ġismek?

    • It-tul

    • Il-piż

    • Il-forma tal-ġisem

    • Ix-xagħar

    • Id-dehra tal-ġilda

    • Id-daqs tal-muskoli

    • Xi ħaġa oħra

  3. Kompli din is-sentenza.

    Inħossni l-inqas kunfidenti dwar ġismi . . .

    • meta nitlaʼ fuq il-miżien.

    • meta nħares fil-mera.

    • meta nqabbel lili nnifsi m’oħrajn (ħbieb, mudelli, stilel tal-films).

  4. Kompli din is-sentenza.

    Nintiżen . . .

    • kuljum.

    • kull ġimgħa.

    • inqas minn darba fil-ġimgħa.

  5. Liema stqarrija tiddeskrivi l-aħjar is-sentimenti tiegħek?

    • Ħarsa negattiva tad-dehra tiegħi. (Eżempju: “Kull darba li nħares fil-mera, naħseb li nara figura ħoxna u kerha. Ipprovajt anke ma niekol xejn biex nirqaq.”—Serena.)

    • Ħarsa bbilanċjata tad-dehra tiegħi. (Eżempju: “Dejjem se jkun hemm xi ħaġa li ma togħġobniex dwar id-dehra tagħna, imma jkollna naċċettaw ċerti affarijiet. Ma jagħmilx sens li ninkwetaw dwar xi ħaġa li ma nistgħux inbiddluha.”—Natanya.)

Il-Bibbja tgħidilna biex ma naħsbux “iktar milli hu xieraq” dwarna nfusna. (Rumani 12:3) Allura hu xieraq—saħansitra meħtieġ—li sa ċertu punt taħseb dwarek innifsek. Pereżempju, għalhekk taħsel snienek u tieħu ħsieb l-iġjene personali.

Però, xi ngħidu jekk spiss tkun skuraġġit minħabba d-dehra tiegħek—forsi sal-punt li tkun iffissat fuqha? Jekk inhu hekk, forsi tistaʼ taħseb . . .

‘Għala għandi ħarsa negattiva tad-dehra tiegħi?’

Jistaʼ jkun hemm diversi raġunijiet. Dawn jinkludu:

  • Influwenzat mill-midja. “Iż-żgħażagħ huma bombardjati b’ideat li jġegħluna nħossuna li rridu nkunu nexfin għuda u gustużi l-ħin kollu. B’hekk, jekk aħna ma nidhrux perfetti, inħossuna diżgustati.”—Kellie.

  • Influwenzat mill-ġenituri. “Innotajt li jekk l-omm tkun iffissata fuq id-dehra tagħha, spiss bintha tħares lejha nfisha bl-istess mod. L-istess japplika għall-missirijiet u s-subien tagħhom.”—Rita.

  • Stima baxxa tiegħek innifsek. “Nies li huma ffissati fuq id-dehra tagħhom il-ħin kollu jkunu jridu lil min jgħaddilhom kumplimenti dwar kif jidhru. Nies bħal dawn jgħejjuk.”—Jeanne.

Hi x’inhi r-raġuni, forsi tistaqsi . . .

‘Għandi nbiddel id-dehra tiegħi?’

Ikkunsidra xi jgħidu dawk tamparek.

“Mhux dejjem tistaʼ tbiddel l-affarijiet li ma jogħġbukx dwarek innifsek, allura l-aħjar hu li taċċetta d-difetti li jkollok. Jekk tagħmel hekk, oħrajn x’aktarx lanqas jindunaw bihom.”—Rori.

“Agħmel li tistaʼ biex tkun f’saħħtek. Jekk tkun f’saħħtek, tidher kif suppost tidher. U jekk xi ħadd ma jistax japprezzak kif int (u mhux kif tidher), dik il-persuna mhix ħabiba tiegħek.”—Olivia.

L-iktar ħaġa importanti: Agħmel li tistaʼ biex tidher l-aħjar u tibqax tinkwieta. Li tinkwieta żżejjed dwar id-dehra tiegħek jistaʼ jkun perikoluż. (Ara “L-Istorja taʼ Julia.”)

Mill-banda l-oħra, attitudni bbilanċjata se tgħinek tkun realistiku dwar kif tħares lejk innifsek, bħalma tgħallmet żagħżugħa jisimha Erin. Hi tgħid: “Mhux dejjem inħossni kunfidenti, imma indunajt li nħossni mdejqa biss meta niffoka fuq l-affarijiet negattivi. Issa nagħmel l-eżerċizzju regolarment u niekol tajjeb. Il-bqija kollox jimxi ħarir.”

L-aqwa makeover!

Meta jkollok ħarsa bbilanċjata tad-dehra tiegħek, tħossok (u saħansitra tidher) l-aħjar possibbli. Il-Bibbja tistaʼ tgħin. Din tinkuraġġik biex ikollok:

  • Kuntentizza. “Aħjar ingawdu dak li għandna milli nixtiequ xi ħaġa oħra għax, bħall-ġiri wara r-riħ, dan ma jagħmilx sens.”—Ekkleżjasti 6:9, Contemporary English Version.

  • Ħarsa bbilanċjata tal-eżerċizzju. “It-taħriġ tal-ġisem hu taʼ benefiċċju għal ftit.”—1 Timotju 4:8.

  • Sbuħija ġewwinija. “Il-bniedem jara dak li jidher f’għajnejh; imma Ġeħova jara l-qalb.”—1 Samwel 16:7.

“Il-wiċċ juri kif inħossuna dwarna nfusna. Jekk xi ħadd ikun kuntent, ħaddieħor jinduna u awtomatikament jinġibed lejn dik il-persuna.”​—Sarah.

“Is-sbuħija mill-ewwel tolqot l-għajn. Imma l-persuna li int minn ġewwa u l-kwalitajiet tajbin tiegħek huma l-affarijiet li ħaddieħor se jiftakar l-iktar dwarek.”​—Phylicia.

Ara wkoll Proverbji 11:22; Kolossin 3:10, 12; 1 Pietru 3:3, 4.

L-istorja taʼ Julia

Meta kelli 16-il sena kelli problema kbira bil-piż. Qatt ma kont xi waħda ħoxna, imma lanqas xi waħda niexfa. Kont mibruma. Kont naħseb li kieku kont irqiqa, forsi l-ġuvintur kienu jieħdu grazzja miegħi. Għalhekk, ma kont niekol xejn sabiex nirqaq daqskemm xtaqt.

Irnexxieli nirqaq ħafna, imma spiċċajt bi problemi taʼ saħħa minħabba f’hekk. Dawn irnexxieli nsolvihom imma l-effetti emozzjonali għadhom hemm. Sal-lum il-ġurnata, għad għandi problemi bl-ikel. Bil-mod il-mod aċċettajt id-dehra tiegħi. Niekol kif suppost u nagħmel l-eżerċizzju. Imma meta tiġri xi ħaġa u nħossni mdejqa, awtomatikament nikkastiga lili nnifsi u ma nikolx.

Kieku nistaʼ ngħid lil żgħażagħ oħra biex jiftakru li kulħadd għandu opinjoni differenti. Tidher kif tidher, dejjem se jkun hemm min jarak attraenti u min le. L-importanti hu li tkun f’saħħtek. Dan hu l-iktar importanti għal dawk li verament jimpurtahom minnek.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja