LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwyp artiklu 48
  • Jien kif nidher?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Jien kif nidher?
  • Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Tliet żbalji kbar f’dik li hi moda u kif tevitahom
  • It-​tip Taʼ Ħwejjeġ Li Nilbsu Jagħmel Wisq Differenza?
    Stenbaħ!—1999
  • Ħarsa Bilanċjata Lejn il-Moda
    Stenbaħ!—2003
  • Il-Moda li Dejjem Tinbidel
    Stenbaħ!—2003
  • L-Aspett Negattiv tal-Faxxinu
    Stenbaħ!—2003
Ara Iżjed
Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
ijwyp artiklu 48
Żgħażagħ qed jixtru l-ħwejjeġ

IŻ-ŻGĦAŻAGĦ JISTAQSU

Jien kif nidher?

Għala għandu jimpurtak minn dak li tilbes? Għax il-​ħwejjeġ jgħidu xi ħaġa dwarek. Il-​ħwejjeġ tiegħek x’messaġġ jagħtu?

  • Tliet żbalji kbar f’dik li hi moda u kif tevitahom

  • Dak li jgħidu dawk tamparek

Tliet żbalji kbar f’dik li hi moda u kif tevitahom

L-​1 żball: Tħalli lill-​midja tgħidlek kif għandek tidher.

“Ġieli jibda jogħġobni ċertu stil għax inkun rajt ħafna reklami dwaru,” tgħid żagħżugħa jisimha Theresa. “Meta moħħok ikun mimli bi stampi taʼ nies lebsin ċertu lbies, ikun diffiċli ma tagħmilx bħalhom.”

Mhux it-​tfajliet biss jiġu influwenzati mir-​reklamar. “Is-​subien daqshom jitħajru f’dik li hi moda,” jgħid il-​ktieb The Everything Guide to Raising Adolescent Boys. Anki meta s-​subien ikunu għadhom żgħar ħafna, dawk li jbigħu jkunu diġà qed jipprovaw jinfluwenzawhom.

Għażla aħjar: Il-​Bibbja tgħid: “Kulmin hu bla esperjenza jafda f’kull kelma li jismaʼ, imma min hu prudenti jqis il-​passi tiegħu.” (Proverbji 14:15) Fi qbil maʼ dan il-​prinċipju, tgħallem eżamina bir-​reqqa dak li tara fir-​reklami. Pereżempju, meta tara reklami taʼ ħwejjeġ li jitqiesu li huma “tal-​moda,” “faqgħa,” jew “sexy,” staqsi lilek innifsek:

  • ‘Min tassew se jmur minn fuq jekk insegwi din il-​moda?’

  • ‘Maʼ liema stil taʼ ħajja se tassoċjani din il-​moda?’

  • ‘Dan l-​istil juri min jien verament u x’nemmen?’

Suġġeriment: Agħmel ġimgħa osserva bir-​reqqa r-​reklami dwar il-​ħwejjeġ u affarijiet oħrajn li jiffokaw fuq il-​moda. X’tip taʼ ħajja jippromwovu? Jipprovaw fin fin iġegħluk tħoss li għandek bżonn issegwi ċerta moda? “Hemm pressjoni enormi biex tidher perfett, tilbes perfett, u turi l-​ġisem ‘perfett’ tiegħek,” tgħid żagħżugħa jisimha Karen. “Dawk li jirreklamaw jafu li ż-​żgħażagħ huma mira faċli.”

It-​2 żball: Tilbes ċertu stil biex tkun aċċettat.

“Jekk ċertu lbies ikun moda,” jgħid żagħżugħ jismu Manuel, “allura kulħadd jilbsu. Jekk ma tilbsux, in-​nies jiġġudikawk.” Żagħżugħa jisimha Anna taqbel. Hi tgħid, “Mhix kwistjoni taʼ x’inhu moda, hi kwistjoni taʼ li tkun aċċettat.”

Għażla aħjar: Il-​Bibbja tgħid: “Tibqgħux magħġunin skond din is-​sistema.” (Rumani 12:2) Fi qbil maʼ dan il-​parir, agħti daqqa t’għajn lejn il-​gwardarobba tiegħek u staqsi lilek innifsek:

  • ‘X’jinfluwenza l-​iktar l-​għażla tal-​ħwejjeġ tiegħi?’

  • ‘Kemm hu importanti għalija li jkolli ħwejjeġ tad-​ditta?’

  • ‘Qed nipprova nimpressjona lil oħrajn bil-​ħwejjeġ tiegħi?’

Suġġeriment: Minflok ma tqis biss żewġ għażliet—tal-​moda (u aċċettat) jew mhux tal-​moda (u mhux aċċettat)—ikkunsidra għażla oħra: li tkun kunfidenti u ċert minnek innifsek. Iktar ma tkun komdu miegħek innifsek, inqas se tinkwieta dwar jekk tkunx aċċettat.

It-​3 żball: Taħseb li ‘iktar ma tidher sexy iktar aħjar.’

“Nammetti li kultant nitħajjar nilbes xi ħaġa li hi xi ftit provokattiva—qasira, issikkata, jew skullata wisq,” tgħid żagħżugħa jisimha Jennifer.

Għażla aħjar: Il-​Bibbja tgħid: “Tħallux it-​tiżjin tagħkom ikun dak minn barra, . . . imma ħa jkun dak tal-​persuna minn ġewwa.” (1 Pietru 3:3, 4) Fi qbil maʼ dan il-​parir, aħseb dwar x’inhi l-​iktar ħaġa li tolqot in-​nies—ħwejjeġ li jiġbdu l-​għajn jew kwalitajiet li jmissu l-​qalb?

Suġġeriment: L-​aqwa ‘aċċessorju tal-​moda’ li jistaʼ jkollok hi l-​modestja. Veru, fid-​dinja tal-​lum ma tantx hi kelma popolari. Imma aħseb dwarha b’dan il-​mod:

Ġieli kellek konversazzjoni maʼ xi ħadd li jgħid wisq u biss dwaru nnifsu? L-​ironija hi li din il-​persuna lanqas biss tinduna li tkun qed iddejqek!

Żagħżugħ qed jitkessaħ b’dak li hu liebes waqt li żgħażagħ oħrajn iħarsu diżgustati

L-​ilbies, bħal konversazzjoni, tant jistaʼ jkun ‘iffokat fuqek’ li jdejjaq lil dawk taʼ madwarek

Meta ma tilbisx modest, int issir bħal dik il-​persuna. L-​ilbies tiegħek ikun qed jibgħat messaġġ ‘ħares lejja,’ u dan jistaʼ jġiegħlek tidher bħala li m’intix kunfidenti jew li moħħok biss fik innifsek—jew it-​tnejn li huma. Jistaʼ wkoll iġiegħlek tidher bħala li int iddisprat għal kull tip t’attenzjoni—inkluż dik mhix xierqa.

Minflok ma tirreklama xi ħaġa li m’intix tbigħ, ipprova l-​modestja. “Li tkun modest ma jfissirx li trid tilbes bħan-​nanna,” tgħid żagħżugħa jisimha Monica. “Ifisser li tirrispetta lilek innifsek u lil dawk taʼ madwarek.”

DAK LI JGĦIDU DAWK TAMPAREK

Breanna

“Xtrajt dbielet size akbar, mhux għax kont ħxint imma għax ridt inkun ċerta li l-​ħwejjeġ ma jkunux inkaxxati miegħi. U taf xiex? Kien hemm min ħaseb li kont inqast. Meta tilbes modest tkun tidher aħjar.”—Breanna.

Keren

“Ngħid il-​verità, meta nilbes modest iktar inħossni komda. Mhux biss għax il-​ħwejjeġ joqogħdu aħjar imma wkoll għax naf li mmur fejn immur inkun nistaʼ ngħid lin-​nies li jien Kristjana u ma jkollix għalfejn ninkwieta li d-​dehra tiegħi ma taqbilx ma’ dak li nemmen.”—Keren.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja