LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwbq artiklu 140
  • Ġesù huwa s-salvatur tagħna—Kif?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ġesù huwa s-salvatur tagħna—Kif?
  • Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • It-​tweġiba tal-​Bibbja
  • Jemmnu x-Xhieda taʼ Ġeħova li Huma l-Uniċi Wħud li Se Jsalvaw?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
  • Tgħallem il-Bibbja li ‘jekk tkun salvat darba, tkun salvat dejjem’?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • X’inhi s-salvazzjoni?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • “Emmen f’Ġesù”—Huwa Biżżejjed li Temmen f’Ġesù Biex Issalva?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
Ara Iżjed
Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
ijwbq artiklu 140
Ġesù mdawwar b’nies taʼ razez differenti

Ġesù huwa s-Salvatur tagħna—Kif?

It-​tweġiba tal-​Bibbja

Meta Ġesù miet, hu ta ħajtu bħala sagrifiċċju tal-​fidwa biex isalva l-​bnedmin leali. (Mattew 20:28) B’hekk, il-​Bibbja ssejjaħ lil Ġesù “s-​Salvatur tad-​dinja.” (1 Ġwanni 4:14) Tgħid ukoll: “F’ħadd iżjed m’hemm salvazzjoni, għax m’hemmx isem ieħor taħt is-​sema li ngħata lill-​bnedmin u li bih nistgħu niġu salvati.”—Atti 4:12.

Ġesù ‘daq il-​mewt għal kull bniedem’ li juri fidi fih. (Ebrej 2:9; Ġwanni 3:16) Wara dan, “Alla qajmu mill-​imwiet,” u Ġesù reġaʼ lura fis-​sema bħala spirtu. (Atti 3:15) Hemmhekk, Ġesù jistaʼ “jsalva għalkollox lil dawk li qed jersqu lejn Alla permezz tiegħu, għax hu dejjem ħaj biex jitlob bil-​ħniena għalihom.”—Ebrej 7:25.

Għala għandna bżonn li Ġesù jitlob bil-​ħniena għalina?

Aħna lkoll midinbin. (Rumani 3:23) Id-​dnub jibni ħajt bejnna u bejn Alla u jwassal għall-​mewt. (Rumani 6:23) Imma Ġesù jservi bħala “ajjutant,” jew avukat, għal dawk li juru fidi fis-​sagrifiċċju tiegħu bħala fidwa. (1 Ġwanni 2:1) Hu jitlob bil-​ħniena f’isimhom lil Alla biex jismaʼ talbhom u jaħfrilhom dnubiethom fuq il-​bażi tas-​sagrifiċċju tal-​mewt taʼ Ġesù. (Mattew 1:21; Rumani 8:34) Alla jwieġeb għal dan it-​talb bil-​ħniena taʼ Ġesù għax huwa fi qbil mar-​rieda t’Alla. Alla bagħat lil Ġesù fuq l-​art “biex id-​dinja tiġi salvata permezz tiegħu.”—Ġwanni 3:17.

Li nemmnu b’Ġesù huwa biżżejjed biex insalvaw?

Le. Għalkemm irridu nemmnu b’Ġesù biex insalvaw, hemm iktar involut. (Atti 16:30, 31) Il-​Bibbja tgħid: “Bħalma l-​ġisem mingħajr l-​ispirtu hu mejjet, hekk ukoll il-​fidi mingħajr l-​għemejjel hi mejta.” (Ġakbu 2:26) Sabiex niġu salvati, irridu:

  • Nitgħallmu dwar Ġesù u Missieru, Ġeħova.—Ġwanni 17:3.

  • Inkabbru l-​fidi tagħna fihom.—Ġwanni 12:44; 14:1.

  • Nuru l-​fidi tagħna fihom billi nobdu l-​kmandamenti tagħhom. (Luqa 6:46; 1 Ġwanni 2:17) Ġesù għallem li mhux kull min isejjaħlu “Mulej” jiġi salvat, imma dawk biss li ‘jagħmlu r-​rieda taʼ Missieru li hu fis-​smewwiet.’—Mattew 7:21.

  • Inkomplu nuru fidi minkejja l-​isfidi li ngħaddu minnhom. Ġesù ħareġ dal-​punt meta qal: “Min jissaporti sat-​tmiem jiġi salvat.”—Mattew 24:13.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja