LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwbq artiklu 162
  • Il-Bibbja X’Tgħid Dwar l-Abort?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Bibbja X’Tgħid Dwar l-Abort?
  • Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • It-​tweġiba tal-​Bibbja
  • Il-​ħajja umana meta tibda?
  • Jekk xi ħadd għamel abort fil-​passat, jaħfirlu Alla?
  • L-abort huwa ħażin jekk il-ħajja tal-omm jew tat-tarbija tkun fil-periklu?
  • Abort
    Stenbaħ!—2017
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
  • Apprezza l-Ħajja Bħala Rigal
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
ijwbq artiklu 162
Mara tqila toqgħod bil-​wieqfa quddiem mera

Il-​Bibbja X’Tgħid Dwar l-​Abort?

It-​tweġiba tal-​Bibbja

Il-​Bibbja ma tużax il-​kelma “abort” fis-​sens ta’ meta xi ħadd jeħles apposta minn fetus uman. Madankollu, ħafna versi mill-​Bibbja juru x’inhi l-​ħarsa t’Alla dwar il-​ħajja umana, inkluż dik taʼ tarbija li għadha ma twilditx.

Il-​ħajja hi rigal mingħand Alla. (Ġenesi 9:6; Salm 36:9) Hu jqis il-​ħajja kollha kemm hi prezzjuża, inkluż il-​ħajja taʼ tarbija fil-​ġuħ. Mela jekk xi ħadd b’intenzjoni joqtol tarbija li għadha ma twilditx, dan hu l-​istess bħallikieku qtil.

Il-​Liġi li Alla ta lill-​Iżraelin kienet tgħid: “Jekk żewġt irġiel jissaraw bejniethom u jweġġgħu lil mara tqila u t-​tarbija tagħha titwieled imma ma jiġri ebda aċċident fatali, il-​ħati żgur li għandu jħallas għall-​ħsarat skond kemm iwaħħlu sid il-​mara; u jagħti skond ma jaqtgħu l-​imħallfin. Imma jekk jiġri xi aċċident fatali, trid tagħti ruħ b’ruħ.”—Eżodu 21:22, 23.a

  • Il-​ħajja umana meta tibda?

  • Jekk xi ħadd għamel abort fil-​passat, jaħfirlu Alla?

  • L-abort huwa ħażin jekk il-ħajja tal-omm jew tat-tarbija tkun fil-periklu?

Il-​ħajja umana meta tibda?

Il-​ħarsa t’Alla hi li l-​ħajja umana tibda mill-​konċepiment. Fil-​Kelma tiegħu, il-​Bibbja, Alla dejjem jirreferi għal tarbija li għadha ma twilditx bħala persuna individwali. Ikkunsidra xi eżempji li jindikaw li Alla ma jagħmilx distinzjoni bejn il-​ħajja taʼ tarbija fil-​ġuf u dik taʼ tarbija li diġà twieldet.

  • Taħt ispirazzjoni divina, is-​Sultan David qal lil Alla: “Għajnejk rawni meta kont għadni biss embriju.” (Salm 139:16) Alla qies lil David bħala persuna saħansitra qabel ma kien twieled.

  • Iktar minn hekk, Alla kien jaf li kellu skop speċjali għall-​profeta Ġeremija minn qabel ma dan twieled. Alla qallu: “Qabel ma kont qed nifformak fiż-​żaqq kont nafek, u qabel ma ħriġt mill-​ġuf qaddistek. Profeta għall-​ġnus għamiltek.”—Ġeremija 1:5.

  • Luqa, kittieb tal-​Bibbja li kien tabib, uża l-​istess kelma Griega li uża għal tarbija tat-​twelid biex jiddeskrivi tarbija li għadha ma twilditx.—Luqa 1:41; 2:12, 16.

Jekk xi ħadd għamel abort fil-​passat, jaħfirlu Alla?

Dawk li xi darba għamlu abort jistgħu jirċievu l-​maħfra t’Alla. Jekk huma issa jaċċettaw il-​ħarsa t’Alla lejn il-​ħajja, m’għandhomx għalfejn iħossuhom maħkumin mill-​ħtija. “Ġeħova ħanin u grazzjuż . . . Daqskemm tlugħ ix-​xemx huwa ’l bogħod minn inżulha, daqshekk biegħed minna nuqqasijietna.”b (Salm 103:8-​12) Ġeħova ħa jaħfer lil dawk kollha li b’mod sinċier jindmu mid-​dnubiet tal-​passat, inkluż l-​abort.—Salm 86:5.

L-abort huwa ħażin jekk il-ħajja tal-omm jew tat-tarbija tkun fil-periklu?

Meta nqisu dak li tgħid il-​Bibbja dwar tarbija li għadha ma twilditx, il-​fatt li jistaʼ jkun hemm riskju taʼ saħħa għall-​omm jew għat-​tarbija, ma jiġġustifikax li jsir abort.

Xi ngħidu f’każ rari fejn tqum emerġenza u jkollha ssir għażla bejn il-​ħajja tal-​omm jew tat-​tarbija? F’każ bħal dan, dawk involuti jridu jieħdu deċiżjoni persunali dwar liema ħajja jridu jipprovaw isalvaw.

a Xi traduzzjonijiet jagħmluha tidher li f’din il-​liġi lil Iżrael, l-​iktar li kien jimporta kien x’jiġri lill-​omm, u mhux lill-​fetus. Madankollu, it-​test Ebrajk jirreferi għal aċċident fejn tmut l-​omm jew inkella t-​tarbija.

b Ġeħova hu l-​isem t’Alla kif muri fil-​Bibbja.—Salm 83:18.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja