LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • mrt artiklu 10
  • Tinqix Eġizzjan antik jappoġġa rakkont tal-Bibbja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Tinqix Eġizzjan antik jappoġġa rakkont tal-Bibbja
  • Iktar Suġġetti
  • Materjal Simili
  • Ktieb li Tistaʼ Tafdah l-1 Parti
    Stenbaħ!—2011
  • Il-qima lil Ġeħova tinkludi li ngħinu lil oħrajn
    Is-Saltna t’Alla qed taħkem!
  • Setaʼ kellu l-approvazzjoni t’Alla
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2018
Iktar Suġġetti
mrt artiklu 10

Tinqix Eġizzjan antik jappoġġa rakkont tal-Bibbja

Dan it-tinqix li hu għoli tmien metri, jinsab viċin id-daħla tat-tempju antik Eġizzjan t’alla Amun f’Karnak. Studjużi jgħidu li dan it-tinqix juri r-rebħiet tal-Fargħun Sisak kontra postijiet li jinsabu lejn il-Grigal tal-Eġittu, inkluż Ġuda u s-saltna tat-Tramuntana t’Iżrael.

Parti mit-tinqix li jinsab f’Karnak mill-viċin li juri l-priġunieri maqbudin

Parti mit-tinqix li jinsab f’Karnak mill-viċin li juri l-priġunieri maqbudin

It-tinqix juri lil Amun jippreżenta iktar minn 150 priġunier lil Sisak, jew Sheshonk.a Kull priġunier jirrappreżenta post li ntrebaħ. L-ismijiet tal-postijiet huma mnaqqxin f’forom ovali quddiem kull priġunier. Numru t’ismijiet għadhom jintgħarfu, u ftit minnhom huma familjari għall-qarrejja tal-Bibbja. Fosthom hemm Bet-segħan, Gibegħon, Megiddo, u Sunem.

L-attakk tal-Eġittu kontra Ġuda hu msemmi fil-Bibbja. (1 Slaten 14:25, 26) Fil-fatt, il-Bibbja tagħti dettalji speċifiċi dwar l-attakk taʼ Sisak. Il-Bibbja tgħid: “U ġara fil-ħames sena tas-Sultan Reħobogħam li Sisak, is-sultan taʼ l-Eġittu, telaʼ kontra Ġerusalemm . . . b’elf u mitejn karru u b’sittin elf rikkieb taż-żwiemel; u n-nies li ħarġu miegħu mill-Eġittu ma jingħaddux. . . . U ħa taħt idejh il-bliet fortifikati taʼ Ġuda u fl-aħħar wasal saħansitra sa Ġerusalemm.”—2 Kronaki 12:2-4.

It-tinqix f’Karnak mhux l-unika evidenza arkeoloġika tal-attakk taʼ Sisak kontra l-art taʼ Iżrael. L-isem “Sheshonk” instab ukoll fuq biċċa minn monument tal-ġebel li nstabet f’Megiddo, belt imsemmija fil-Bibbja.

Ir-rakkont veru u dettaljat tal-Bibbja dwar ir-rebħa taʼ Sisak kontra Ġuda hu eżempju taʼ kemm kienu onesti l-kittieba tal-Bibbja. Huma ma kitbux biss dwar ir-rebħiet tagħhom imma anki dwar it-telfiet. Din l-onestà ġeneralment ma ssibhiex f’kittieba oħra tal-antik.

a Il-mod kif “Sisak” hu spellut fil-Bibbja jirrifletti kif jiġi pronunzjat bl-Ebrajk.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja