LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwex artiklu 1
  • “Jien nagħmel dak li nista”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Jien nagħmel dak li nista”
  • Esperjenzi tax-Xhieda taʼ Ġeħova
  • Materjal Simili
  • Kif il-Kristjani fil-Karibew ibbenefikaw mix-xogħol t’għajnuna tagħna
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2019
  • Għidilhom li tħobbhom
    Esperjenzi tax-Xhieda taʼ Ġeħova
Esperjenzi tax-Xhieda taʼ Ġeħova
ijwex artiklu 1
Irma tikteb ittra

“Jien nagħmel dak li nista”

Irma hi anzjana li għandha kważi 90 sena u tgħix il-Ġermanja. Minħabba li kellha żewġ inċidenti gravi u għamlet diversi operazzjonijiet, hi m’għadhiex tistaʼ tagħti xhieda minn dar għal dar. Issa, Irma titkellem m’oħrajn dwar it-twemmin tagħha billi tibgħat l-ittri lil dawk li jiġu minnha u nies oħra li taf. In-nies tant jieħdu pjaċir b’dawn l-ittri taʼ inkuraġġiment u faraġ li spiss iċemplulha biex jaraw meta se tibagħtilhom oħra. Hi tirċievi wkoll ħafna ittri mingħand in-nies biex jirringrazzjawha u jitolbuha tkompli tiktbilhom. Irma tgħid: “Dan jagħmilni ferħana u jtini l-opportunità li nkompli nipprietka.”

Irma

Irma tibgħat l-ittri anki lil dawk li jgħixu fid-djar tal-anzjani. Hi tgħid: “Mara anzjana ċemplitli u qaltli li l-ittra li bgħattilha wara li miet ir-raġel tagħha vera għenitha tħossha aħjar. Hi żżomm l-ittra fil-Bibbja tagħha u spiss filgħaxija toqgħod taqraha. Mara oħra li kienet għadha kif tilfet ir-raġel tagħha, qalet li l-ittra tiegħi għenitha iktar mill-prietka tal-qassis. Hi kellha ħafna mistoqsijiet u staqsietni jekk tistax tiġi tarani.”

Waħda mara mhix Xhud li taf lil Irma u li marret tgħix ’il bogħod, talbet lil Irma biex tiktbilha l-ittri. Irma tgħid: “Hi żammet l-ittri kollha li bgħattilha. Wara li mietet, ċemplitli t-tifla tagħha u qaltli li kienet qrat kull ittra li bgħatt lil ommha. Imbagħad staqsietni jekk nistax nikteb ittri bi ħsieb Bibliku lilha wkoll.”

Irma vera tieħu pjaċir tipprietka. Hi tgħid: “Jien nitlob lil Ġeħova biex ikompli jtini s-saħħa li għandi bżonn biex naqdih. Għalkemm m’għadnix nistaʼ nipprietka minn dar għal dar, jien nagħmel dak li nistaʼ.”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja