19 Imbagħad Ġeħova qal lil Mosè: “Għid lil Aron, ‘Aqbad il-bastun tiegħek u oħroġ idek lejn l-ilmijiet tal-Eġittu, ix-xmajjar, il-kanali, l-għadajjar, u l-ħażniet tal-ilma kollha, sabiex isiru demm.’ Se jkun hemm id-demm fl-art kollha tal-Eġittu u anki fir-reċipjenti tal-injam u tal-ġebel.”