Nota taʼ Taħt
b L-ewwel parti taʼ Luqa 23:34 tħalliet barra f’ċerti manuskritti antiki. Madankollu, peress li dan il-kliem jinsab f’ħafna manuskritti oħra t’awtorità, ġie mniżżel fin-New World Translation u f’għadd taʼ traduzzjonijiet oħra. B’mod evidenti Ġesù kien qiegħed jitkellem dwar is-suldati Rumani li sammruh maz-zokk. Dawn ma kinux jafu x’qegħdin jagħmlu, għax ma rrealizzawx min tassew kien Ġesù. M’għandniex xi ngħidu, il-mexxejja reliġjużi li pprovokaw dan il-qtil kienu ħatjin bil-wisq iktar, għax huma kienu jafu x’qegħdin jagħmlu u aġixxew b’malizzja. Għal ħafna minnhom, il-maħfra ma kinitx possibbli.—Ġwanni 11:45-53.