Nota taʼ Taħt
b Tertullu rringrazzja lil Feliċ għall-“paċi” li ġab fuq il-poplu. Madankollu, il-verità kienet li kien hemm inqas paċi fil-Lhudija matul iż-żmien li Feliċ kien il-gvernatur milli matul il-ħakma taʼ kwalunkwe gvernatur ieħor qablu sakemm kien hemm ir-rewwixta kontra Ruma. Xi ħaġa oħra li assolutament ma kinitx minnha kienet meta semma l-apprezzament li l-Lhud għandhom għar-riformi li kien għamel Feliċ. Fir-realtà, Feliċ kien imżeblaħ mill-biċċa l-kbira mil-Lhud minħabba li għamlilhom ħajjithom miżerabbli u minħabba l-brutalità tiegħu meta ħarbat ir-rewwixti tagħhom.—Atti 24:2, 3.