Nota taʼ Taħt
a L-oriġini taʼ Ġona f’belt tal-Galilija hi taʼ min jinnotaha għax meta rreferew għal Ġesù, il-Fariżej b’arroganza qalu: “Fittex, u tara li ebda profeta mill-Galilija m’għandu jiġi mqajjem.” (Ġw. 7:52) Ħafna tradutturi u riċerkaturi jgħidu li l-Fariżej kienu qed jitfgħu lil kulħadd f’keffa waħda meta qalu li ebda profeta qatt telaʼ jew jistaʼ jitlaʼ mill-Galilija. Jekk inhu hekk, dawk l-irġiel kienu qed jinjoraw l-istorja kif ukoll il-profezija.—Is. 9:1, 2.