Nota taʼ Taħt
a Qabbel iż-żewġ modi li bihom Pawlu wieġeb il-kwistjoni taċ-ċirkonċiżjoni. Għalkemm hu kien jaf li “ċ-ċirkonċiżjoni ma tfisser xejn,” hu ġiegħel li jiġi ċirkonċiż sieħbu Timotew, li kien jivvjaġġa miegħu, u li kien Lhudi min-naħa t’ommu. (1 Korintin 7:19. Atti 16:3) Fil-każ taʼ Titus, l-appostlu Pawlu evita li jġiegħlu jiġi ċirkonċiż bħala kwistjoni taʼ prinċipju fit-tilwima mal-Ġudaisti. (Galatin 2:3) Titus kien Grieg u għalhekk, mhux bħal Timotew, ma kellu ebda raġuni leġittima biex jiġi ċirkonċiż. Kieku hu, Ġentil, kellu jsir ċirkonċiż, ‘Kristu ma kien ikun taʼ ebda benefiċċju għalih.’—Galatin 5:2-4.