Nota taʼ Taħt
a Id-Donatiżmu kien setta “Kristjana” tar-rabaʼ u l-ħames seklu E.K. Il-membri tiegħu kienu jsostnu li l-validità tas-sagramenti tiddependi mill-karattru morali tal-ministru u li l-knisja trid teskludi mis-sħubija tagħha lil dawk ħatja taʼ dnub serju. L-Arjaniżmu kien moviment “Kristjan” tar-rabaʼ seklu li ċaħad id-divinità taʼ Ġesù Kristu. Arjus għallem li Alla ma kienx imnissel u ma kellux bidu. L-Iben, peress li hu mnissel, ma jistax ikun Alla fl-istess sens li hu l-Missier. L-Iben ma kienx jeżisti mill-eternità kollha imma kien maħluq u jeżisti bir-rieda tal-Missier.