Nota taʼ Taħt
c Fejn id-drawwiet funebri x’aktarx li jġibu provi severi fuq Kristjan, l-anzjani jistgħu jħejju lill-kandidati għall-magħmudija għal dak li jistaʼ jinqalaʼ. Meta jsiru l-laqgħat maʼ dawn il-ġodda biex jiġu diskussi l-mistoqsijiet mill-ktejjeb Tagħlim Elementari tal-Bibbja, għandha tingħata attenzjoni bir-reqqa għas-sezzjonijiet “Ir-Ruħ, id-Dnub u l-Mewt” u “Taħlit taʼ Fidi.” It-tnejn li huma għandhom mistoqsijiet oħrajn għal diskussjoni. Hawn hu fejn l-anzjani jistgħu jipprovdu informazzjoni dwar drawwiet funebri mhux skritturali ħalli l-kandidat għall-magħmudija jkun jaf x’titlob minnu l-Kelma t’Alla jekk xi darba jiġi ffaċċjat minn sitwazzjonijiet simili.