Nota taʼ Taħt
b Levitiku 19:18 jgħid: “Tivvendikax ruħek u lanqas iżżomm f’qalbek għal ulied il-poplu tiegħek; u ħobb lil għajrek bħalek innifsek.” Mexxejja reliġjużi Lhud kienu jemmnu li “wlied il-poplu” u “għajrek” kienu jirreferu għal-Lhud biss. Il-Liġi kienet teħtieġ li l-Iżraelin jibqgħu separati mill-ġnus l-oħrajn. Madankollu, m’approvatx il-ħarsa li kienu jippromwovu l-mexxejja reliġjużi tal-ewwel seklu, jiġifieri, li dawk kollha li ma kinux Lhud kienu għedewwa u kellhom jiġu mibgħudin bħala individwi.