Nota taʼ Taħt
b Teraħ kien kemm missier Sara u kemm missier Abraham, imma ommijiethom kienu differenti. (Ġenesi 20:12) Għalkemm illum il-ġurnata żwieġ bħal dan mhuwiex xieraq, huwa importanti li niftakru li dak iż-żmien l-affarijiet kienu differenti. In-nies kienu iktar viċin tal-perfezzjoni li kienu jgawdu Adam u Eva. Milli jidher, għal nies daqstant f’saħħithom, iż-żwiġijiet bejn il-qraba ma kinux joħolqu problemi ġenetiċi fit-tfal tagħhom. Madanakollu, madwar 400 sena wara, in-nies kienu jgħixu bejn wieħed u ieħor daqsna. F’dak iż-żmien, il-Liġi Mosajka kienet tipprojbixxi kull relazzjoni sesswali maʼ qarib.—Levitiku 18:6.