Nota taʼ Taħt
b ESPRESSJONI SPJEGATA: Ġeħova tana l-abbiltà li neżaminaw il-ħsibijiet, is-sentimenti, u l-azzjonijiet tagħna stess, u mbagħad niġġudikaw lilna nfusna. Din l-abbiltà l-Bibbja ssejħilha l-kuxjenza. (Rum. 2:15; 9:1) Kuxjenza trenjata fuq il-Bibbja tuża l-livelli taʼ Ġeħova li nsibu fil-Bibbja biex tiġġudika jekk dak li naħsbu, nagħmlu, jew ngħidu hux tajjeb jew ħażin.