Nota taʼ Taħt
a Illum, miljuni taʼ rġiel, nisa, u tfal qed jagħmlu l-almu tagħhom biex jippritkaw l-aħbar tajba tas-Saltna. Int wieħed jew waħda minnhom? Jekk iva, inti qed tkun gwidat mill-Mulej tagħna, Ġesù Kristu. F’dan l-artiklu se naraw l-evidenza li Ġesù qed imexxi x-xogħol tal-ippritkar illum. Li nimmeditaw fuq din l-informazzjoni se jgħinna biex inkunu determinati li nkomplu naqdu lil Ġeħova taħt id-direzzjoni taʼ Kristu.