Numri
29 “‘U fl-ewwel jum tas-sebaʼ xahar, għandkom tagħmlu konvenzjoni qaddisa. Tagħmlu ebda xogħol iebes. Hu jum li fih għandkom iddoqqu t-trumbetta. 2 Bħala offerta tal-ħruq b’riħa pjaċevoli* lil Ġeħova għandkom toffru: barri żgħir,* muntun, u sebat iħrief irġiel kull wieħed taʼ sena, kollha bla difett, 3 u l-offerta taċ-ċereali* tagħhom taʼ dqiq fin imħallat biż-żejt, 30 fil-100 t’efa* għall-barri, 20 fil-100 t’efa għall-muntun, 4 u għaxra fil-100 t’efa għal kull ħaruf mis-sebat iħrief irġiel, 5 u gidi bħala offerta għad-dnub biex jagħmel tpattija għalikom. 6 Din għandha ssir flimkien mal-offerta tal-ħruq taʼ kull xahar u l-offerta taċ-ċereali tagħha, l-offerta tal-ħruq offruta regolarment u l-offerta taċ-ċereali tagħha, u l-offerti tax-xorb tagħhom. Dawn għandhom isiru skont il-proċedura regolari għalihom, bħala riħa pjaċevoli,* offerta li tiġi maħruqa għal Ġeħova.
7 “‘U fl-għaxar jum taʼ dan is-sebaʼ xahar, għandkom tagħmlu konvenzjoni qaddisa, u tridu tgħakksu ruħkom.* Tagħmlu ebda xogħol. 8 U bħala offerta tal-ħruq b’riħa pjaċevoli* lil Ġeħova, tridu tippreżentaw barri żgħir, muntun, u sebat iħrief irġiel kull wieħed taʼ sena, kollha bla difett. 9 U bħala l-offerta taċ-ċereali tagħhom taʼ dqiq fin imħallat biż-żejt, 30 fil-100 t’efa għall-barri, 20 fil-100 t’efa għall-muntun, 10 għaxra fil-100 t’efa għal kull ħaruf mis-sebat iħrief irġiel, 11 kif ukoll gidi bħala offerta għad-dnub, minbarra l-offerta għad-dnub f’Jum it-Tpattija, l-offerta tal-ħruq regolari, l-offerta taċ-ċereali tagħha, u l-offerti tax-xorb tagħhom.
12 “‘U fil-15 tas-sebaʼ xahar għandkom tagħmlu konvenzjoni qaddisa. Tagħmlu ebda xogħol iebes, u tridu tiċċelebraw festa lil Ġeħova għal sebat ijiem. 13 U bħala offerta tal-ħruq, offerta li tiġi maħruqa bħala riħa pjaċevoli* għal Ġeħova, tridu tippreżentaw 13-il barri żgħir, żewġ imtaten, u 14-il ħaruf kull wieħed taʼ sena, kollha bla difett. 14 U bħala l-offerta taċ-ċereali tagħhom taʼ dqiq fin imħallat biż-żejt, 30 fil-100 t’efa għal kull barri mit-13-il barri, 20 fil-100 t’efa għal kull muntun miż-żewġ imtaten, 15 għaxra fil-100 t’efa għal kull ħaruf mill-14-il ħaruf, 16 kif ukoll gidi bħala offerta għad-dnub, minbarra l-offerta tal-ħruq offruta regolarment, l-offerta taċ-ċereali tagħha, u l-offerta tax-xorb tagħha.
17 “‘U fit-tieni jum tridu tippreżentaw 12-il barri żgħir, żewġ imtaten, u 14-il ħaruf kull wieħed taʼ sena, kollha bla difett, 18 l-offerta taċ-ċereali tagħhom u l-offerti tax-xorb tagħhom għall-barrin, għall-imtaten, u għall-ħrief irġiel skont kemm hemm minnhom u skont il-proċedura regolari, 19 kif ukoll gidi bħala offerta għad-dnub, minbarra l-offerta tal-ħruq offruta regolarment, l-offerta taċ-ċereali tagħha, u l-offerti tax-xorb tagħhom.
20 “‘U fit-tielet jum tridu tippreżentaw 11-il barri, żewġ imtaten, 14-il ħaruf kull wieħed taʼ sena, kollha bla difett, 21 l-offerta taċ-ċereali tagħhom u l-offerti tax-xorb tagħhom għall-barrin, għall-imtaten, u għall-ħrief irġiel skont kemm hemm minnhom u skont il-proċedura regolari, 22 kif ukoll gidi bħala offerta għad-dnub, minbarra l-offerta tal-ħruq offruta regolarment, l-offerta taċ-ċereali tagħha, u l-offerta tax-xorb tagħha.
23 “‘U fir-rabaʼ jum tridu tippreżentaw għaxar barrin, żewġ imtaten, 14-il ħaruf kull wieħed taʼ sena, kollha bla difett, 24 l-offerta taċ-ċereali tagħhom u l-offerti tax-xorb tagħhom għall-barrin, għall-imtaten, u għall-ħrief irġiel skont kemm hemm minnhom u skont il-proċedura regolari, 25 kif ukoll gidi bħala offerta għad-dnub, minbarra l-offerta tal-ħruq offruta regolarment, l-offerta taċ-ċereali tagħha, u l-offerta tax-xorb tagħha.
26 “‘U fil-ħames jum tridu tippreżentaw disaʼ barrin, żewġ imtaten, 14-il ħaruf kull wieħed taʼ sena, kollha bla difett, 27 l-offerta taċ-ċereali tagħhom u l-offerti tax-xorb tagħhom għall-barrin, għall-imtaten, u għall-ħrief irġiel skont kemm hemm minnhom u skont il-proċedura regolari, 28 kif ukoll gidi bħala offerta għad-dnub, minbarra l-offerta tal-ħruq offruta regolarment, l-offerta taċ-ċereali tagħha, u l-offerta tax-xorb tagħha.
29 “‘U fis-sitt jum tridu tippreżentaw tmien barrin, żewġ imtaten, 14-il ħaruf kull wieħed taʼ sena, kollha bla difett, 30 l-offerta taċ-ċereali tagħhom u l-offerti tax-xorb tagħhom għall-barrin, għall-imtaten, u għall-ħrief irġiel skont kemm hemm minnhom u skont il-proċedura regolari, 31 kif ukoll gidi bħala offerta għad-dnub, minbarra l-offerta tal-ħruq offruta regolarment, l-offerta taċ-ċereali tagħha, u l-offerti tax-xorb tagħha.
32 “‘U fis-sebaʼ jum tridu tippreżentaw sebaʼ barrin, żewġ imtaten, 14-il ħaruf kull wieħed taʼ sena, kollha bla difett, 33 l-offerta taċ-ċereali tagħhom u l-offerti tax-xorb tagħhom għall-barrin, għall-imtaten, u għall-ħrief irġiel skont kemm hemm minnhom u skont il-proċedura regolari għalihom, 34 kif ukoll gidi bħala offerta għad-dnub, minbarra l-offerta tal-ħruq offruta regolarment, l-offerta taċ-ċereali tagħha, u l-offerta tax-xorb tagħha.
35 “‘U fit-tmien jum għandkom tagħmlu assemblea speċjali. Tagħmlu ebda xogħol iebes. 36 U bħala offerta tal-ħruq, offerta li tiġi maħruqa bħala riħa pjaċevoli* għal Ġeħova, tridu tippreżentaw barri, muntun, sebat iħrief irġiel kull wieħed taʼ sena, kollha bla difett, 37 l-offerta taċ-ċereali tagħhom u l-offerti tax-xorb tagħhom għall-barri, għall-muntun, u għall-ħrief irġiel skont kemm hemm minnhom u skont il-proċedura regolari, 38 kif ukoll gidi bħala offerta għad-dnub, minbarra l-offerta tal-ħruq offruta regolarment, l-offerta taċ-ċereali tagħha, u l-offerta tax-xorb tagħha.
39 “‘Dawn toffruhom lil Ġeħova fil-festi tal-istaġuni tagħkom, flimkien mal-offerti li tagħmlu b’wegħda u l-offerti volontarji bħala l-offerti tal-ħruq, l-offerti taċ-ċereali, l-offerti tax-xorb, u s-sagrifiċċji tal-paċi.’” 40 Mosè qal lill-Iżraelin kulma Ġeħova kien ikkmandah.