Numri
7 Dakinhar li Mosè lesta jarma t-tabernaklu, hu dilku u qaddsu, flimkien mal-għamara kollha tiegħu, l-artal, u l-għodod kollha tiegħu. Meta hu dilek u qaddes dawn l-affarijiet, 2 il-kapijiet t’Iżrael, jiġifieri l-kapijiet tal-familji min-naħa tal-missier, għamlu offerta. Dawn il-kapijiet tat-tribujiet, li kienu fuq in-nies li ġew irreġistrati, 3 ħadu l-offerta tagħhom quddiem Ġeħova. Din kienet sitt karrijiet mgħottijin u 12-il barri, karru għal żewġ kapijiet u barri għal kull kap. Huma ppreżentawhom quddiem it-tabernaklu. 4 Ġeħova qal lil Mosè: 5 “Aċċetta dawn l-affarijiet mingħandhom, għax se jiġu użati fis-servizz tat-tinda tal-laqgħa, u agħtihom lil-Leviti, lil kull wieħed skont dak li għandu bżonn għal xogħlu.”
6 Għalhekk, Mosè aċċetta l-karrijiet u l-barrin u tahom lil-Leviti. 7 Hu ta żewġ karrijiet u erbaʼ barrin lit-tfal taʼ Gerson skont dak li kellhom bżonn għal xogħolhom. 8 Hu ta erbaʼ karrijiet u tmien barrin lit-tfal taʼ Merari, skont dak li kellhom bżonn għal xogħolhom, taħt id-direzzjoni taʼ Itamar bin Aron il-qassis. 9 Imma lit-tfal taʼ Keħat ma tahom xejn, għaliex xogħolhom kien jinvolvi li jġorru fuq spallejhom l-affarijiet li jintużaw fil-post qaddis.
10 Issa l-kapijiet għamlu l-offerta tagħhom dakinhar li l-artal ġie inawgurat* u midluk. Meta l-kapijiet ippreżentaw l-offerta tagħhom quddiem l-artal, 11 Ġeħova qal lil Mosè: “Kuljum, wieħed mill-kapijiet għandu jippreżenta l-offerta tiegħu għall-inawgurazzjoni tal-artal.”
12 Dak li ppreżenta l-offerta tiegħu fl-ewwel jum kien Naħson bin Għamminadab mit-tribù taʼ Ġuda. 13 L-offerta tiegħu kienet platt tal-fidda li jiżen 130 xekel* u skutella tal-fidda li tiżen 70 xekel, skont ix-xekel tal-post qaddis,* it-tnejn li huma mimlijin dqiq fin imħallat biż-żejt bħala offerta taċ-ċereali;* 14 tazza* tad-deheb li tiżen għaxar xwiekel, mimlija inċens; 15 barri żgħir,* muntun, u ħaruf fl-ewwel sena tiegħu bħala offerta tal-ħruq; 16 gidi bħala offerta għad-dnub; 17 u bħala sagrifiċċju tal-paċi, żewġ barrin, ħames imtaten, ħames bdabad, u ħamest iħrief irġiel kull wieħed taʼ sena. Din kienet l-offerta taʼ Naħson bin Għamminadab.
18 Fit-tieni jum, Netanel bin Sugħar, il-kap taʼ Issakar, ippreżenta l-offerta tiegħu. 19 Din kienet platt tal-fidda li jiżen 130 xekel u skutella tal-fidda li tiżen 70 xekel, skont ix-xekel tal-post qaddis, it-tnejn li huma mimlijin dqiq fin imħallat biż-żejt bħala offerta taċ-ċereali; 20 tazza tad-deheb li tiżen għaxar xwiekel, mimlija inċens; 21 barri żgħir, muntun, u ħaruf fl-ewwel sena tiegħu bħala offerta tal-ħruq; 22 gidi bħala offerta għad-dnub; 23 u bħala sagrifiċċju tal-paċi, żewġ barrin, ħames imtaten, ħames bdabad, u ħamest iħrief irġiel kull wieħed taʼ sena. Din kienet l-offerta taʼ Netanel bin Sugħar.
24 Fit-tielet jum, il-kap għat-tfal taʼ Żebulun, Eljab bin Ħelon 25 għamel l-offerta tiegħu. Din kienet platt tal-fidda li jiżen 130 xekel u skutella tal-fidda li tiżen 70 xekel, skont ix-xekel tal-post qaddis, it-tnejn li huma mimlijin dqiq fin imħallat biż-żejt bħala offerta taċ-ċereali; 26 tazza tad-deheb li tiżen għaxar xwiekel, mimlija inċens; 27 barri żgħir, muntun, u ħaruf fl-ewwel sena tiegħu bħala offerta tal-ħruq; 28 gidi bħala offerta għad-dnub; 29 u bħala sagrifiċċju tal-paċi, żewġ barrin, ħames imtaten, ħames bdabad, u ħamest iħrief irġiel kull wieħed taʼ sena. Din kienet l-offerta t’Eljab bin Ħelon.
30 Fir-rabaʼ jum, il-kap għat-tfal taʼ Ruben, Elisur bin Sedewr 31 għamel l-offerta tiegħu. Din kienet platt tal-fidda li jiżen 130 xekel u skutella tal-fidda li tiżen 70 xekel, skont ix-xekel tal-post qaddis, it-tnejn li huma mimlijin dqiq fin imħallat biż-żejt bħala offerta taċ-ċereali; 32 tazza tad-deheb li tiżen għaxar xwiekel, mimlija inċens; 33 barri żgħir, muntun, u ħaruf fl-ewwel sena tiegħu bħala offerta tal-ħruq; 34 gidi bħala offerta għad-dnub; 35 u bħala sagrifiċċju tal-paċi, żewġ barrin, ħames imtaten, ħames bdabad, u ħamest iħrief irġiel kull wieħed taʼ sena. Din kienet l-offerta t’Elisur bin Sedewr.
36 Fil-ħames jum, il-kap għat-tfal taʼ Simegħon, Selumjel bin Surisaddaj 37 għamel l-offerta tiegħu. Din kienet platt tal-fidda li jiżen 130 xekel u skutella tal-fidda li tiżen 70 xekel, skont ix-xekel tal-post qaddis, it-tnejn li huma mimlijin dqiq fin imħallat biż-żejt bħala offerta taċ-ċereali; 38 tazza tad-deheb li tiżen għaxar xwiekel, mimlija inċens; 39 barri żgħir, muntun, u ħaruf fl-ewwel sena tiegħu bħala offerta tal-ħruq; 40 gidi bħala offerta għad-dnub; 41 u bħala sagrifiċċju tal-paċi, żewġ barrin, ħames imtaten, ħames bdabad, u ħamest iħrief irġiel kull wieħed taʼ sena. Din kienet l-offerta taʼ Selumjel bin Surisaddaj.
42 Fis-sitt jum, il-kap għat-tfal taʼ Gad, Eljasaf bin Degħwel 43 għamel l-offerta tiegħu. Din kienet platt tal-fidda li jiżen 130 xekel u skutella tal-fidda li tiżen 70 xekel, skont ix-xekel tal-post qaddis, it-tnejn li huma mimlijin dqiq fin imħallat biż-żejt bħala offerta taċ-ċereali; 44 tazza tad-deheb li tiżen għaxar xwiekel, mimlija inċens; 45 barri żgħir, muntun, u ħaruf fl-ewwel sena tiegħu bħala offerta tal-ħruq; 46 gidi bħala offerta għad-dnub; 47 u bħala sagrifiċċju tal-paċi, żewġ barrin, ħames imtaten, ħames bdabad, u ħamest iħrief irġiel kull wieħed taʼ sena. Din kienet l-offerta t’Eljasaf bin Degħwel.
48 Fis-sebaʼ jum, il-kap għat-tfal t’Efrajm, Elisama bin Għammiħud 49 għamel l-offerta tiegħu. Din kienet platt tal-fidda li jiżen 130 xekel u skutella tal-fidda li tiżen 70 xekel, skont ix-xekel tal-post qaddis, it-tnejn li huma mimlijin dqiq fin imħallat biż-żejt bħala offerta taċ-ċereali; 50 tazza tad-deheb li tiżen għaxar xwiekel, mimlija inċens; 51 barri żgħir, muntun, u ħaruf fl-ewwel sena tiegħu bħala offerta tal-ħruq; 52 gidi bħala offerta għad-dnub; 53 u bħala sagrifiċċju tal-paċi, żewġ barrin, ħames imtaten, ħames bdabad, u ħamest iħrief irġiel kull wieħed taʼ sena. Din kienet l-offerta t’Elisama bin Għammiħud.
54 Fit-tmien jum, il-kap għat-tfal taʼ Manasse, Gamaljel bin Pedaħsur 55 għamel l-offerta tiegħu. Din kienet platt tal-fidda li jiżen 130 xekel u skutella tal-fidda li tiżen 70 xekel, skont ix-xekel tal-post qaddis, it-tnejn li huma mimlijin dqiq fin imħallat biż-żejt bħala offerta taċ-ċereali; 56 tazza tad-deheb li tiżen għaxar xwiekel, mimlija inċens; 57 barri żgħir, muntun, u ħaruf fl-ewwel sena tiegħu bħala offerta tal-ħruq; 58 gidi bħala offerta għad-dnub; 59 u bħala sagrifiċċju tal-paċi, żewġ barrin, ħames imtaten, ħames bdabad, u ħamest iħrief irġiel kull wieħed taʼ sena. Din kienet l-offerta taʼ Gamaljel bin Pedaħsur.
60 Fid-disaʼ jum, il-kap għat-tfal taʼ Benjamin, Abidan bin Gidegħoni 61 għamel l-offerta tiegħu. Din kienet platt tal-fidda li jiżen 130 xekel u skutella tal-fidda li tiżen 70 xekel, skont ix-xekel tal-post qaddis, it-tnejn li huma mimlijin dqiq fin imħallat biż-żejt bħala offerta taċ-ċereali; 62 tazza tad-deheb li tiżen għaxar xwiekel, mimlija inċens; 63 barri żgħir, muntun, u ħaruf fl-ewwel sena tiegħu bħala offerta tal-ħruq; 64 gidi bħala offerta għad-dnub; 65 u bħala sagrifiċċju tal-paċi, żewġ barrin, ħames imtaten, ħames bdabad, u ħamest iħrief irġiel kull wieħed taʼ sena. Din kienet l-offerta t’Abidan bin Gidegħoni.
66 Fl-għaxar jum, il-kap għat-tfal taʼ Dan, Aħigħeżer bin Għammisaddaj 67 għamel l-offerta tiegħu. Din kienet platt tal-fidda li jiżen 130 xekel u skutella tal-fidda li tiżen 70 xekel, skont ix-xekel tal-post qaddis, it-tnejn li huma mimlijin dqiq fin imħallat biż-żejt bħala offerta taċ-ċereali; 68 tazza tad-deheb li tiżen għaxar xwiekel, mimlija inċens; 69 barri żgħir, muntun, u ħaruf fl-ewwel sena tiegħu bħala offerta tal-ħruq; 70 gidi bħala offerta għad-dnub; 71 u bħala sagrifiċċju tal-paċi, żewġ barrin, ħames imtaten, ħames bdabad, u ħamest iħrief irġiel kull wieħed taʼ sena. Din kienet l-offerta t’Aħigħeżer bin Għammisaddaj.
72 Fil-11-il jum, il-kap għat-tfal t’Aser, Paggħijel bin Għokran 73 għamel l-offerta tiegħu. Din kienet platt tal-fidda li jiżen 130 xekel u skutella tal-fidda li tiżen 70 xekel, skont ix-xekel tal-post qaddis, it-tnejn li huma mimlijin dqiq fin imħallat biż-żejt bħala offerta taċ-ċereali; 74 tazza tad-deheb li tiżen għaxar xwiekel, mimlija inċens; 75 barri żgħir, muntun, u ħaruf fl-ewwel sena tiegħu bħala offerta tal-ħruq; 76 gidi bħala offerta għad-dnub; 77 u bħala sagrifiċċju tal-paċi, żewġ barrin, ħames imtaten, ħames bdabad, u ħamest iħrief irġiel kull wieħed taʼ sena. Din kienet l-offerta taʼ Paggħijel bin Għokran.
78 Fit-12-il jum, il-kap għat-tfal taʼ Naftali, Aħira bin Għenan 79 għamel l-offerta tiegħu. Din kienet platt tal-fidda li jiżen 130 xekel u skutella tal-fidda li tiżen 70 xekel, skont ix-xekel tal-post qaddis, it-tnejn li huma mimlijin dqiq fin imħallat biż-żejt bħala offerta taċ-ċereali; 80 tazza tad-deheb li tiżen għaxar xwiekel, mimlija inċens; 81 barri żgħir, muntun, u ħaruf fl-ewwel sena tiegħu bħala offerta tal-ħruq; 82 gidi bħala offerta għad-dnub; 83 u bħala sagrifiċċju tal-paċi, żewġ barrin, ħames imtaten, ħames bdabad, u ħamest iħrief irġiel kull wieħed taʼ sena. Din kienet l-offerta t’Aħira bin Għenan.
84 Din kienet l-offerta tal-inawgurazzjoni tal-artal mingħand il-kapijiet t’Iżrael meta ġie midluk: 12-il platt tal-fidda, 12-il skutella tal-fidda, u 12-il tazza tad-deheb. 85 Kull platt tal-fidda kien jiżen 130 xekel u kull skutella kienet tiżen 70 xekel, b’kollox il-fidda tar-reċipjenti kienet 2,400 xekel, skont ix-xekel tal-post qaddis; 86 it-12-il tazza tad-deheb mimlijin inċens kienu jiżnu għaxar xwiekel kull waħda, skont ix-xekel tal-post qaddis, b’kollox id-deheb tat-tazzi kien 120 xekel. 87 Il-bhejjem kollha għall-offerta tal-ħruq kienu 12-il barri, 12-il muntun, 12-il ħaruf kull wieħed taʼ sena u l-offerti taċ-ċereali li joffru magħhom, u 12-il gidi għall-offerta għad-dnub; 88 u l-bhejjem kollha tas-sagrifiċċju tal-paċi kienu 24 barri, 60 muntun, 60 bodbod, u 60 ħaruf kull wieħed taʼ sena. Din kienet l-offerta tal-inawgurazzjoni tal-artal wara li ġie midluk.
89 Kull meta Mosè kien jidħol fit-tinda tal-laqgħa biex jitkellem m’Alla,* kien jismaʼ l-leħen ikellmu minn fuq l-għatu tal-arka tat-Testimonjanza, minn bejn iż-żewġ kerubini. Minn hemm kien ikellmu Alla.