Ġożwè
15 L-art li ngħatat* għall-familji tat-tribù taʼ Ġuda kienet mill-fruntiera t’Edom, id-deżert taż-Żin, san-Negeb fit-tarf tan-Nofsinhar tiegħu. 2 Il-fruntiera tagħhom tan-Nofsinhar kienet tibda minn tarf il-Baħar il-Mielaħ,* jiġifieri mill-bajja li tħares lejn in-Nofsinhar. 3 U kienet toħroġ lejn in-Nofsinhar lejn it-telgħa t’Għakrabbim, tgħaddi lejn iż-Żin, imbagħad titlaʼ min-Nofsinhar lejn Kades-barnegħa, tgħaddi lejn Ħesron, titlaʼ lejn Addar, u ddur lejn Karka. 4 Imbagħad tgħaddi lejn Għasmon, toħroġ lejn il-Wied tal-Eġittu, u tispiċċa mal-Baħar.* Din kienet il-fruntiera tan-Nofsinhar tagħhom.
5 Il-fruntiera tal-Lvant kienet il-Baħar il-Mielaħ* sa fejn tispiċċa x-Xmara Ġordan. U l-kantuniera li minnha tibda l-fruntiera tat-Tramuntana kienet il-bajja tal-baħar, fejn tispiċċa x-Xmara Ġordan. 6 Il-fruntiera kienet titlaʼ lejn Bet-ħogla, tgħaddi mit-Tramuntana taʼ Bet-għaraba, u titlaʼ lejn il-ġebla taʼ Boħan bin Ruben. 7 U kienet titlaʼ lejn Debir fil-Wied* t’Għakor u ddur lejn it-Tramuntana lejn Gilgal, li qiegħed quddiem it-telgħa t’Adummim lejn in-Nofsinhar tal-wied. Il-fruntiera kienet tgħaddi mill-ilmijiet t’Għajn-xemex u tispiċċa f’Għajn-rogel. 8 U kienet titlaʼ lejn Wied Bin Ħinnom lejn it-telgħa tal-Ġebusin fin-Nofsinhar, jiġifieri Ġerusalemm. Il-fruntiera kienet titlaʼ sal-quċċata tal-muntanja li tħares lejn Wied Ħinnom lejn il-Punent, li qiegħda f’tarf il-Wied* taʼ Refajm lejn it-Tramuntana. 9 U l-fruntiera kienet mill-quċċata tal-muntanja, lejn l-għajn tal-ilmijiet taʼ Neftogħa, u toħroġ lejn il-bliet tal-Muntanja Għefron. Il-fruntiera kienet sa Bagħala, jiġifieri Kirjat-ġegħarim. 10 Il-fruntiera kienet iddur minn Bagħala lejn il-Punent, lejn il-Muntanja Segħir, u tgħaddi lejn it-telgħa tal-Muntanja Ġegħarim fit-Tramuntana, jiġifieri Kesalon. U kienet tinżel lejn Bet-xemex u tgħaddi lejn Timna. 11 U l-fruntiera kienet toħroġ lejn it-telgħa t’Għekron lejn it-Tramuntana, tgħaddi lejn Sikkeron, tgħaddi lejn il-Muntanja Bagħala, toħroġ lejn Ġabnel, u tispiċċa mal-baħar.
12 Il-fruntiera tal-Punent kienet mal-Baħar il-Kbir* u l-kosta tiegħu. Din kienet il-fruntiera taʼ madwar it-territorju taʼ dawk li jiġu minn Ġuda skont il-familji tagħhom.
13 U lil Kaleb bin Ġefunne tah sehem fost dawk li jiġu minn Ġuda, skont il-kmand li Ġeħova ta lil Ġożwè. Dan is-sehem kien Kirjat-arba (Arba kien missier Għanak), jiġifieri Ħebron. 14 Għalhekk, Kaleb keċċa minn hemmhekk lit-tlett itfal t’Għanak: Sesaj, Aħiman, u Talmaj, li kienu Għanakin. 15 Imbagħad telaʼ minn hemmhekk biex jiġġieled kontra dawk li joqogħdu Debir. (Debir qabel kienet tissejjaħ Kirjat-sefer.) 16 Imbagħad Kaleb qal: “Min jattakka lil Kirjat-sefer u jirbaħha, inżewwiġlu lil binti Għaksa.” 17 U rebaħha Għotnijel bin Kenaż ħu Kaleb. Għalhekk, żewwiġlu lil bintu Għaksa. 18 Waqt li kienet sejra d-dar, ħeġġitu jitlob għalqa mingħand missierha. Imbagħad hi niżlet minn fuq il-ħmar* u Kaleb staqsieha: “Xi trid?” 19 Hi qalet: “Jekk jogħġbok, agħtini barka, għax il-biċċa art li tajtni lejn in-Nofsinhar* hi niexfa; agħtini wkoll Gullot-majm.”* Għalhekk taha Gullot taʼ Fuq u Gullot t’Isfel.
20 Dan kien il-wirt tat-tribù tat-tfal taʼ Ġuda skont il-familji tagħhom.
21 Il-bliet f’tarf it-territorju taʼ Ġuda lejn il-fruntiera t’Edom fin-Nofsinhar kienu: Kabsil, Għeder, Ġagur, 22 Kina, Dimona, Għadgħada, 23 Kedes, Ħasor, Itnan, 24 Żif, Telem, Begħalot, 25 Ħasor-ħadatta, Kerjot-ħesron, jiġifieri Ħasor, 26 Amam, Sema, Molada, 27 Ħasar-gadda, Ħesmon, Bet-pelet, 28 Ħasar-sugħal, Bir-xeba, Biżjotija, 29 Bagħala, Ijjim, Għesem, 30 Eltolad, Kesil, Ħorma, 31 Siklag, Madmanna, Sansanna, 32 Lebagħot, Silħim, Għajn, u Rimmon. B’kollox, 29 belt flimkien mal-irħula tagħhom.
33 Fis-Sefela kien hemm: Estagħol, Sorgħa, Asnah, 34 Żanogħa, Għajn-gannim, Taffugħa, Għenam, 35 Ġarmut, Għadullam, Sokoh, Għażeka, 36 Sagħrajm, Għaditajm, Gedera, u Gederotajm.* B’kollox, 14-il belt u l-irħula tagħhom.
37 Kien hemm ukoll: Senan, Ħadasa, Migdal-gad, 38 Dilegħan, Mispe, Ġoktel, 39 Lakis, Boskat, Għeglon, 40 Kabbon, Laħmam, Kitlis, 41 Gederot, Bet-dagon, Nagħma, u Makkeda. B’kollox, 16-il belt u l-irħula tagħhom.
42 U kien hemm: Libna, Għeter, Għasan, 43 Iftaħ, Asnah, Nesib, 44 Kejla, Akżib, u Maresah. B’kollox, disat ibliet u l-irħula tagħhom.
45 Imbagħad kien hemm: Għekron u l-bliet li jiddependu minnha* u l-irħula tagħha. 46 Minn Għekron lejn il-Punent, kien hemm it-territorju kollu li qiegħed maġenb Asdod u l-irħula tiegħu.
47 Asdod u l-bliet li jiddependu minnha* u l-irħula tagħha; Gaża u l-bliet li jiddependu minnha u l-irħula tagħha, ’l isfel lejn il-Wied tal-Eġittu, il-Baħar il-Kbir,* u r-reġjun taʼ ħdejh.
48 U fir-reġjun muntanjuż kien hemm: Samir, Ġattir, Sokoh, 49 Danna, Kirjat-sanna, jiġifieri Debir, 50 Għanab, Estemo, Għanim, 51 Gosen, Ħolon, u Gilo. B’kollox, 11-il belt u l-irħula tagħhom.
52 U kien hemm: Arab, Duma, Esgħan, 53 Ġanim, Bet-taffugħa, Afeka, 54 Ħumta, Kirjat-arba, jiġifieri Ħebron, u Sigħor. B’kollox, disat ibliet u l-irħula tagħhom.
55 Kien hemm ukoll: Magħon, Karmel, Żif, Ġutta, 56 Ġeżragħel, Ġokdegħam, Żanogħa, 57 Kajin, Gibegħa, u Timna. B’kollox, għaxart ibliet u l-irħula tagħhom.
58 Imbagħad kien hemm: Ħalħul, Bet-sur, Gedor, 59 Magħrat, Bet-għanot, u Eltekon. B’kollox, sitt ibliet u l-irħula tagħhom.
60 Kien hemm ukoll: Kirjat-bagħal, jiġifieri Kirjat-ġegħarim, u Rabba. B’kollox, żewġt ibliet u l-irħula tagħhom.
61 Fid-deżert: Bet-għaraba, Middin, Sekaka, 62 Nibsan, Belt il-Melħ, u Għajn-gedi. B’kollox, sitt ibliet u l-irħula tagħhom.
63 Imma l-irġiel taʼ Ġuda ma rnexxilhomx ikeċċu lill-Ġebusin li kienu jgħixu Ġerusalemm. Għalhekk dawn għadhom jgħixu man-nies taʼ Ġuda f’Ġerusalemm sal-lum.