Neħemija
7 Malli s-sur kien inbena mill-ġdid, jien waħħalt il-bibien. Imbagħad qegħedt l-għassiesa tal-bibien, il-kantanti, u l-Leviti fuq xogħolhom. 2 Wara inkarigajt lil ħija Ħanani biex jieħu ħsieb lil Ġerusalemm flimkien maʼ Ħananija, il-kap tal-Fortizza, għax dan kien taʼ min jafdah ħafna u kellu rispett lejn* l-Alla l-veru iktar minn ħafna oħrajn. 3 Jien għedtilhom: “Il-bibien taʼ Ġerusalemm m’għandhomx jinfetħu qabel nofsinhar,* u waqt li l-għassiesa tal-bibien ikunu qegħdin għassa, għandhom jagħlqu l-bibien u jsakkruhom bil-firrolli. Inkarigaw lin-nies taʼ Ġerusalemm bħala għassiesa. Xi wħud minnhom fil-post tal-għassa tagħhom u oħrajn quddiem id-dar tagħhom.” 4 Il-belt kienet spazjuża u kbira, u ma tantx kien hemm nies u djar fiha.
5 Imma l-Alla tiegħi ħeġġiġni biex niġbor lill-mexxejja, lill-uffiċjali, u lin-nies biex jiġu rreġistrati skont il-familji tagħhom. Imbagħad sibt il-ktieb li fih kien hemm irreġistrati l-ewwel nies li ġew lura mill-jasar skont il-familji tagħhom. Fih kien hemm miktub dan li ġej:
6 Dawn kienu n-nies tal-provinċja* li marru lura minn Babilonja wara li r-Re Nebukadnessar kien ħa l-Lhud bħala lsiera f’Babilonja. Dawn marru lura Ġerusalemm u Ġuda, kull wieħed lejn il-belt tiegħu. 7 Huma marru maʼ Żerubbabel, Ġeswa, Neħemija, Għażarija, Ragħmija, Naħamani, Mordekaj, Bilsan, Misferet, Bigwaj, Neħum, u Bagħnah.
Dan hu n-numru tal-irġiel Iżraelin li marru lura: 8 mill-familja taʼ Pargħos 2,172; 9 mill-familja taʼ Sefatija 372; 10 mill-familja t’Araħ 652; 11 mill-familja taʼ Paħat-mowab, li kienu jiġu minn Ġeswa u Ġowab, 2,818; 12 mill-familja t’Għelam 1,254; 13 mill-familja taʼ Żattu 845; 14 mill-familja taʼ Żakkaj 760; 15 mill-familja taʼ Binnuwi 648; 16 mill-familja taʼ Bebaj 628; 17 mill-familja t’Għażgad 2,322; 18 mill-familja t’Adonikam 667; 19 mill-familja taʼ Bigwaj 2,067; 20 mill-familja t’Għadin 655; 21 mill-familja t’Ater, li kienu jiġu minn Ħeżekija, 98; 22 mill-familja taʼ Ħasum 328; 23 mill-familja taʼ Bezaj 324; 24 mill-familja taʼ Ħarif 112; 25 mill-familja taʼ Gibegħon 95; 26 mill-irġiel taʼ Betlem u Netofa 188; 27 mill-irġiel t’Għanatot 128; 28 mill-irġiel taʼ Bet-għażmawet 42; 29 mill-irġiel taʼ Kirjat-ġegħarim, Kefira, u Birot 743; 30 mill-irġiel taʼ Rama u Geba 621; 31 mill-irġiel taʼ Mikmas 122; 32 mill-irġiel taʼ Betel u Għaj 123; 33 mill-irġiel taʼ Nebo l-oħra 52; 34 mill-familja t’Għelam l-ieħor 1,254; 35 mill-familja taʼ Ħarim 320; 36 mill-irġiel taʼ Ġeriko 345; 37 mill-irġiel taʼ Lod, Ħadid, u Ono 721; 38 u mill-irġiel taʼ Senagħa 3,930.
39 Il-qassisin: mill-familja taʼ Ġedaja, li kienu minn dar Ġeswa, 973; 40 mill-familja t’Immer 1,052; 41 mill-familja taʼ Pasħur 1,247; 42 u mill-familja taʼ Ħarim 1,017.
43 Il-Leviti: mill-familja taʼ Ġeswa u Kadmijel, li jiġu minn Ħodewa, 74. 44 Il-kantanti: mill-familja t’Asaf 148. 45 L-għassiesa tal-bibien: mill-familja taʼ Sallum, mill-familja t’Ater, mill-familja taʼ Talmon, mill-familja t’Għakkub, mill-familja taʼ Ħatita, u mill-familja taʼ Sobaj 138.
46 Mill-qaddejja tat-tempju* kien hemm il-familja taʼ Siħa, il-familja taʼ Ħasufa, il-familja taʼ Tabbagħot, 47 il-familja taʼ Keros, il-familja taʼ Sigħa, il-familja taʼ Padon, 48 il-familja taʼ Lebana, il-familja taʼ Ħagaba, il-familja taʼ Salmaj, 49 il-familja taʼ Ħanan, il-familja taʼ Giddel, il-familja taʼ Gaħar, 50 il-familja taʼ Regħaja, il-familja taʼ Resin, il-familja taʼ Nekoda, 51 il-familja taʼ Gażżam, il-familja t’Użża, il-familja taʼ Pasegħa, 52 il-familja taʼ Besaj, il-familja taʼ Megħunim, il-familja taʼ Nefusesim, 53 il-familja taʼ Bakbuk, il-familja taʼ Ħakufa, il-familja taʼ Ħarħur, 54 il-familja taʼ Baslit, il-familja taʼ Meħida, il-familja taʼ Ħarsa, 55 il-familja taʼ Barkos, il-familja taʼ Sisera, il-familja taʼ Tamaħ, 56 il-familja taʼ Nesija, u l-familja taʼ Ħatifa.
57 Mill-familja tal-qaddejja taʼ Salamun kien hemm il-familja taʼ Sotaj, il-familja taʼ Soferet, il-familja taʼ Perida, 58 il-familja taʼ Ġagħla, il-familja taʼ Darkon, il-familja taʼ Giddel, 59 il-familja taʼ Sefatija, il-familja taʼ Ħattil, il-familja taʼ Pokeret-ħassebajim, u l-familja t’Amon. 60 Il-qaddejja tat-tempju* u l-familja tal-qaddejja taʼ Salamun kienu 392 b’kollox.
61 Minn Tel-melaħ, Tel-ħarsa, Kerub, Addon, u Immer telgħu wħud li ma setgħux jagħtu prova jekk huma jew dar missirijiethom kinux Iżraelin. Dawn kienu 62 mill-familja taʼ Delaja, mill-familja taʼ Tobija, u mill-familja taʼ Nekoda, 642 b’kollox. 63 U mill-familja tal-qassisin kien hemm il-familja taʼ Ħabaja, il-familja taʼ Ħakkos, u l-familja taʼ Barżillaj, li żżewweġ mara mill-bniet taʼ Barżillaj il-Gilegħadi u beda jissejjaħ b’isem il-familja tagħha. 64 Dawn fittxew isem il-familji tagħhom fir-rekords, imma ma sabuhomx, għalhekk ma baqgħux jikkwalifikaw biex ikunu qassisin.* 65 Il-gvernatur* qalilhom li ma setgħux jieklu mill-affarijiet l-iktar qaddisin sakemm ikun hemm qassis li jara x’jgħid Alla permezz tal-Urim u t-Tummim.
66 B’kollox, fil-kongregazzjoni kien hemm 42,360, 67 minbarra l-ilsiera tagħhom irġiel u nisa li kienu 7,337. Kellhom ukoll 245 kantant, irġiel u nisa. 68 Kellhom 736 żiemel, 245 bagħal, 69 435 ġemel, u 6,720 ħmar.
70 Xi wħud mill-kapijiet tal-familji min-naħa tal-missier taw kontribuzzjoni għax-xogħol. Biex jappoġġa x-xogħol, il-gvernatur* ta 1,000 drakma* tad-deheb, 50 skutella, u 530 libsa twila għall-qassisin. 71 U xi wħud mill-kapijiet tal-familji min-naħa tal-missier appoġġaw ix-xogħol billi taw 20,000 drakma tad-deheb u 2,200 mina* tal-fidda. 72 U l-bqija tan-nies taw 20,000 drakma tad-deheb, 2,000 mina tal-fidda, u 67 libsa twila għall-qassisin.
73 U l-qassisin, il-Leviti, l-għassiesa tal-bibien, il-kantanti, il-qaddejja tat-tempju,* u l-bqija tal-poplu ssetiljaw fil-bliet tagħhom. B’hekk, sas-sebaʼ xahar, l-Iżraelin kollha ssetiljaw fil-bliet tagħhom.