Neħemija
3 Eljasib il-qassis il-kbir u ħutu l-qassisin bdew jibnu Bieb in-Nagħaġ. Huma qaddsuh* u waħħlu l-bibien tiegħu. Huma qaddsu s-sur sat-Torri tal-Mija u sat-Torri taʼ Ħananel. 2 Ħdejhom kienu qed jibnu l-irġiel taʼ Ġeriko. U ħdejn dawn kien qed jibni Żakkur bin Imri.
3 It-tfal taʼ Ħassena bnew Bieb il-Ħut; huma għamlu l-frejm tal-injam u waħħlu miegħu l-bibien, il-firrolli, u l-istaneg. 4 U ħdejhom għamel xogħol taʼ tiswija Meremot bin Urijah u n-neputi taʼ Ħakkos. U ħdejh għamel xogħol taʼ tiswija Mesullam bin Berekija u n-neputi taʼ Meseżabel. U ħdejh għamel xogħol taʼ tiswija Sadok bin Bagħna. 5 U ħdejh għamlu xogħol taʼ tiswija t-Tekogħin, imma l-irġiel importanti tagħhom ma kinux lesti jaħdmu* taħt id-direzzjoni tas-sidien tagħhom.
6 Ġojada bin Pasegħa u Mesullam bin Besodija sewwew Bieb il-Belt il-Qadima; huma għamlu l-frejm tal-injam u waħħlu miegħu l-bibien, il-firrolli, u l-istaneg. 7 Ħdejhom għamlu xogħol taʼ tiswija Melatija l-Gibegħoni u Ġadon il-Meronoti. Dawn kienu rġiel minn Gibegħon u Mispa taħt l-awtorità* tal-gvernatur tar-reġjun tan-naħa l-oħra tax-Xmara.* 8 Ħdejhom għamel xogħol taʼ tiswija Użżijel bin Ħarħaja, wieħed minn dawk li jaħdmu d-deheb. U ħdejh għamel xogħol taʼ tiswija Ħananija, wieħed minn dawk li jagħmlu l-fwieħa.* Il-ħaddiema ksew l-art biċ-ċangaturi f’Ġerusalemm sas-Sur il-Wiesaʼ. 9 U ħdejhom għamel xogħol taʼ tiswija Refaja bin Ħur, mexxej taʼ nofs id-distrett taʼ Ġerusalemm. 10 U ħdejh għamel xogħol taʼ tiswija Ġedaja bin Ħarumaf quddiem daru stess. U ħdejh għamel xogħol taʼ tiswija Ħattus bin Ħasabneja.
11 Malkija bin Ħarim u Ħassub bin Paħat-mowab sewwew parti oħra tas-sur u t-Torri tal-Ifran. 12 U ħdejhom għamel xogħol taʼ tiswija Sallum bin Ħalloħes, mexxej tan-nofs l-ieħor tad-distrett taʼ Ġerusalemm, flimkien mat-tfal bniet tiegħu.
13 Ħanun u n-nies taʼ Żanogħa sewwew Bieb il-Wied. Huma bnewh u mbagħad waħħlulu l-bibien, il-firrolli, u l-istaneg. Sewwew ukoll 1,000 kubitu* tas-sur sa Bieb l-Irmied. 14 Malkija bin Rekab, mexxej tad-distrett taʼ Bet-ħakkerem, sewwa Bieb l-Irmied. Hu bnieh u waħħallu l-bibien, il-firrolli, u l-istaneg.
15 Sallun bin Kolħoże, mexxej tad-distrett taʼ Mispa, sewwa Bieb l-Għajn. Hu bnieh u saqqfu u waħħallu l-bibien, il-firrolli, u l-istaneg. Sewwa wkoll is-sur tal-Għadira tal-Kanal lejn il-Ġnien tar-Re sat-Taraġ li jinżel mill-Belt taʼ David.
16 Ħdejh għamel xogħol taʼ tiswija Neħemija bin Għażbuk, mexxej taʼ nofs id-distrett taʼ Bet-sur, minn quddiem l-Oqbra taʼ David sal-għadira artifiċjali u sad-Dar tal-Gwerriera.
17 Ħdejh għamlu xogħol taʼ tiswija l-Leviti, fosthom Reħum bin Bani. Ħdejn Reħum għamel xogħol taʼ tiswija Ħasabija, mexxej taʼ nofs id-distrett taʼ Kejla, għad-distrett tiegħu. 18 Ħdejh għamlu xogħol taʼ tiswija Leviti oħra, li fuqhom kien hemm Bawwaj bin Ħenadad, mexxej tan-nofs l-ieħor tad-distrett taʼ Kejla.
19 U ħdejh Għeżer bin Ġeswa, mexxej taʼ Mispa, kien qed isewwi parti oħra quddiem it-telgħa tal-Armerija fl-Istruttura tas-Sur.
20 Ħdejh Baruk bin Żabbaj ħadem bil-ħeġġa u sewwa parti oħra, mill-Istruttura tas-Sur sad-daħla tad-dar t’Eljasib il-qassis il-kbir.
21 Ħdejh Meremot bin Urijah u n-neputi taʼ Ħakkos sewwa parti oħra, mid-daħla tad-dar t’Eljasib sat-tarf tad-dar t’Eljasib.
22 U ħdejh għamlu xogħol taʼ tiswija l-qassisin tad-distrett tal-Ġordan.* 23 Ħdejhom għamlu xogħol taʼ tiswija Benjamin u Ħassub quddiem darhom stess. Ħdejhom għamel xogħol taʼ tiswija Għażarija bin Magħseja u n-neputi taʼ Għananija qrib daru stess. 24 Ħdejh Binnuwi bin Ħenadad sewwa parti oħra, mid-dar t’Għażarija sal-Istruttura tas-Sur u sal-kantuniera.
25 Ħdejh għamel xogħol taʼ tiswija Palal bin Użaj quddiem l-Istruttura tas-Sur u t-torri li qiegħed mad-Dar* tar-Re, il-bini taʼ fuq tal-Bitħa tal-Għassa. Ħdejh kien hemm Pedaja bin Pargħos.
26 U l-qaddejja tat-tempju* li kienu jgħixu f’Għofel għamlu xogħol taʼ tiswija minn quddiem Bieb l-Ilma fil-Lvant u t-torri li ħiereġ ’il barra.
27 Ħdejhom it-Tekogħin sewwew parti oħra, minn quddiem it-torri l-kbir li ħiereġ ’il barra sas-sur t’Għofel.
28 Il-qassisin għamlu xogħol taʼ tiswija fuq Bieb iż-Żwiemel, kull wieħed quddiem daru stess.
29 Ħdejhom għamel xogħol taʼ tiswija Sadok bin Immer quddiem daru stess.
U ħdejh għamel xogħol taʼ tiswija Semajja bin Sekanija, l-għassies taʼ Bieb il-Lvant.
30 Ħdejh Ħananija bin Selemija u Ħanun is-sitt iben taʼ Salaf sewwew parti oħra.
Ħdejhom għamel xogħol taʼ tiswija Mesullam bin Berekija quddiem is-sala tiegħu stess.
31 Ħdejh għamel xogħol taʼ tiswija Malkija, wieħed minn dawk li jaħdmu d-deheb, sad-dar tal-qaddejja tat-tempju* u tan-negozjanti li qiegħda quddiem Bieb l-Ispezzjoni, u għamel xogħol taʼ tiswija sal-kamra taʼ fuq fil-kantuniera.
32 U bejn il-kamra taʼ fuq fil-kantuniera u Bieb in-Nagħaġ sar xogħol taʼ tiswija minn dawk li jaħdmu d-deheb u n-negozjanti.