Ġob
25 Bildad is-Suħi wieġeb:
3 Jistaʼ xi ħadd jgħodd l-armata* tiegħu?
Fuq min ma jiddix id-dawl tiegħu?
4 Allura kif jistaʼ bniedem ikun ġust quddiem Alla,
Jew xi ħadd li twieled minn mara jkun innoċenti?*
5 F’għajnejh, lanqas il-qamar ma jiddi
U l-istilel mhumiex nodfa għalih.
6 Aħseb u ara l-bniedem, li qisu dudu,
U bin il-bniedem, li qisu ħanex!”