Ġob
8 Imbagħad Bildad is-Suħi wieġbu:
2 “Kemm se ddum titkellem hekk?
Kliemek hu biss kliem fil-vojt!
3 Sejjer Alla ma jagħmilx ġustizzja?
Jew sejjer Dak li Jistaʼ Kollox imur kontra dak li hu sewwa?
5 Imma jekk tfittex lil Alla
U titlob lil Dak li Jistaʼ Kollox biex jurik ħniena,
6 U jekk int veru ġust u sewwa,
Hu se jisimgħek*
U jerġaʼ jagħtik il-post li jixraqlek.
7 Għalkemm issa m’intix importanti,
Se jkollok futur mill-aqwa.
8 Jekk jogħġbok, staqsi lil dawk taʼ qabilna,
U agħti kas dak li saru jafu missirijiethom.
9 Aħna bla esperjenza u ma nafu xejn,
U ħajjitna hi bħal dell.
11 Tistaʼ pjanta tal-papiru tikber jekk ma tkunx f’għadira?
Tistaʼ qasba tikber mingħajr ilma?
12 Waqt li jkunu għadhom qed jarmu u ma jkunux ġew maqtugħin,
Huma jinxfu qabel kull pjanta oħra.
14 L-affarijiet li jafda fihom mhumiex taʼ min joqgħod fuqhom.
Huma fraġli bħal għanqbuta.
15 Hu se jistrieħ fuq l-għanqbuta, imma din iċċedi;
Hu jipprova jżomm magħha, imma titqaċċat.
16 Hu bħal pjanta li għandha l-ilma u x-xemx,
U l-friegħi tiegħu jinfirxu mal-ġnien kollu.
18 Imma meta jiġi maqlugħ minn postu,
Dan il-post ma jaċċettahx lura u jgħidlu, ‘Qatt ma rajtek.’
19 Għalhekk jisparixxi;
U pjanti oħra jiħdulu postu.
21 Hu se jġiegħlek terġaʼ tkun ferħan
U tgħajjat bil-ferħ.
22 Dawk li jobogħduk se jkollhom jistħu,
U t-tinda tal-ħżiena ma tibqax teżisti.”