Ġob
11 Sofar in-Nagħmati wieġbu:
2 “Taħseb li dak li għedt se jibqaʼ mingħajr tweġiba,
Jew taħseb li għandek raġun għax tkellimt ħafna?*
3 Taħseb li l-paroli fil-vojt se jsikket lin-nies?
Jew li ħadd mhu se jumiljak talli għedt kliem li jwaqqaʼ għaċ-ċajt?
4 Għax int tgħid, ‘Dak li ngħallem hu veru,
U Alla jaf li jien innoċenti.’
5 Kieku biss jitkellem Alla
U jwieġbek,
6 Hu jgħidlek is-sigrieti li jagħmluk għaref,
Għax hemm ħafna x’titgħallem mill-għerf veru.
Imbagħad se tinduna li Alla għażel li jinsa ftit mill-iżbalji tiegħek.
8 L-għerf hu ogħla mis-sema. X’tistaʼ tagħmel biex issir tafu?
Hu iktar fond mill-Qabar.* X’taf int dwaru?
9 Hu akbar mill-art
U iktar wiesaʼ mill-baħar.
10 Jistaʼ xi ħadd iżomm lil Alla milli jaqbad lil xi ħadd
U jtellgħu l-qorti?
11 Għax hu jaf meta n-nies ikunu qed iqarrqu.
Sejjer jara l-ħażin u ma jagħtix kas?
14 Jekk qed tagħmel xi ħaġa ħażina, tibqax tagħmilha,
U tħallix affarijiet ħżiena jkomplu jiġru fit-tined tiegħek.
15 Imbagħad tkun tistaʼ tgħolli rasek mingħajr ma tistħi;
Tkun tistaʼ żżomm sod mingħajr ma tibżaʼ.
16 Għax imbagħad se tinsa l-inkwiet tiegħek;
Bħalma tinsa l-mewġ li għadda minn ħdejk.
17 Ħajtek se tkun tiddi iktar mix-xemx f’nofsinhar;
Anki meta jkollok perjodi taʼ dlam, se jkunu bħal filgħodu.
18 Se tkun fiduċjuż għax ikollok it-tama;
Se tħares madwarek u torqod b’moħħok mistrieħ.
19 Se tistrieħ u ma jkun hemm ħadd li jbeżżgħek.
U ħafna nies se jfittxu l-approvazzjoni tiegħek.
20 Imma l-ħżiena mhux se jibqgħu jaraw;
U mhux se jkollhom fejn jaħarbu,
L-unika tama tagħhom hi l-mewt.”