Ġob
17 “M’għandix iktar saħħa u daqt immut;
Hemm il-qabar qed jistennieni.
3 Jekk jogħġbok Alla tiegħi, wegħedni li se tappoġġani.
Inkella min iktar jistaʼ jgħinni?
4 Għax int ma ħallejthomx jifhmu.
Hu għalhekk li ma tonorahomx.
5 Huma jgħidu lil sħabhom li se jaqsmu ġidhom magħhom,
Waqt li t-tfal tagħhom ma jistgħux jaraw bil-ġuħ li għandhom.
6 Alla ġegħelni niġi mwaqqaʼ għaċ-ċajt min-nies,
U b’hekk jobżquli f’wiċċi.
7 Lanqas għadni nara sew bl-inkwiet li għandi.
Idejja u saqajja saru nexfin għuda.
9 Xi ħadd sewwa jibqaʼ jagħmel dak li hu tajjeb,
U l-innoċenti jistinka biex jagħmel dak li hu sew.
10 Imma intom tistgħu tkomplu targumentaw miegħi,
Għax s’issa ħadd minnkom ma qal xi ħaġa bis-sens.
11 Ma tantx fadalli ħaj;
Il-pjanijiet tiegħi tħassru u x-xewqat taʼ qalbi spiċċaw.
12 Dawn l-irġiel jibqgħu jdawru l-verità f’gideb,*
U jgħidu, ‘Daqt ġej id-dawl għax bħalissa d-dlam.’
13 Se nistenna naqr’oħra, u l-Qabar* isir id-dar tiegħi;
Hemm se nipprepara post biex norqod fid-dlam.
14 Lill-ħofra* se nsejħilha, ‘Missieri!’
U lid-dud se nsejħilhom, ‘Ommi u oħti!’
15 M’għad hemm ebda tama għalija.
Min jistaʼ jgħidli li għandi tama?