Ġob
18 Bildad is-Suħi wieġeb:
2 “Kemm se ddum titkellem b’dan il-mod?
Kieku tirraġuna bis-sens, inkunu nistgħu nitkellmu.
4 Anki jekk tqattaʼ lilek innifsek* biċċiet f’mument taʼ rabja,
L-art mhux se tiġi abbandunata minħabba fik,
U l-blat mhux se jiċċaqlaq għalik.
5 Id-dawl tal-ħażin se jintefa,
U n-nar tiegħu mhux se jibqaʼ jaqbad.
6 Id-dawl fit-tinda tiegħu se jbatti,
U l-lampa mdendla fit-tinda tintefa.
7 Hu ma jifdallux saħħa biex jimxi.
Il-pjanijiet kollha tiegħu jfallu.
8 Għax hu se jibqaʼ miexi għal ġox-xibka,
U saqajh jitħabblu fiha.
9 Nasba se taqbdu minn siequ;
Hu se jinqabad ġo nassa.
10 Hemm ħabel moħbi fl-art għalih,
U tpoġġiet nasba minn fejn se jgħaddi.
11 Hu jibżaʼ minn kull ħaġa li hemm madwaru,
U l-biżaʼ tibqaʼ tiġri warajh.
12 Is-saħħa tiegħu tonqos,
U diżastru se jġiegħlu jzappap.
16 Bħal siġra, l-għeruq tiegħu jinxfu
U l-friegħi tiegħu jmutu.
18 Se jittieħed mid-dawl għal ġod-dlam,
U jitkeċċa mid-dinja.
19 Mhux se jkollu tfal u wħud li jiġu minnu fost in-nies,
U ħadd mhu se jgħix fejn jgħix hu.
20 In-nies tal-Punent se jibqgħu xxokkjati b’dak li se jiġrilu,
U n-nies tal-Lvant se jitwerwru.