Ġob
19 Ġob wieġeb:
3 Din l-għaxar darba li għajjartuni.
Ma tistħux tittrattawni bl-aħrax?
4 Jekk vera żbaljajt,
Lest li nbati l-konsegwenzi.
5 Jekk se tibqgħu tittrattawni b’arroganza,
U tgħidu li ħaqqni niġi umiljat minħabba l-problemi li għandi,
6 Kunu afu li Alla ttrattani b’mod inġust,
U qabadni fix-xibka tiegħu.
7 Jien nibqaʼ ngħajjat minħabba t-tbatija tiegħi, imma ħadd ma jwiġibni;
Nibqaʼ ngħajjat għall-għajnuna, imma ħadd ma jaqbeż għalija.
8 Hu għalaqli t-triq b’ħajt tal-ġebel, u ma nistax ngħaddi;
Dallam it-toroq tiegħi.
9 Hu neħħieli l-glorja tiegħi,
U neżżagħli l-kuruna.
10 Hu jkissirni minn kull naħa sakemm iġibni fix-xejn;
Jiħodli t-tama, qisni siġra maqlugħa mill-għeruq.
11 Hu jirrabja ħafna miegħi,
U jqisni bħala l-għadu tiegħu.
12 Is-suldati tiegħu jinġabru u jippreparaw biex jattakkawni
Huma jikkampjaw madwar it-tinda tiegħi.
13 Lil dawk li jiġu minni keċċiehom ’il bogħod minni,
U dawk li jafuni, evitawni.
15 Il-mistidnin u l-qaddejja tiegħi jqisuni bħala stranġier;
F’għajnejhom sirt barrani.
16 Ngħajjat lill-qaddej tiegħi, imma ma jwiġibx
Avolja nitolbu biex iħenn għalija.
18 Anki tfal żgħar jobogħduni;
Meta nqum jgħadduni biż-żmien.
19 Il-ħbieb tal-qalb kollha tiegħi ma jaħmlunix,
U dawk li kont inħobb daru kontrija.
20 Jien sirt għadma u ġilda,
U naħrab il-mewt bi żbrixx.
23 Mank inkiteb kliemi!
Mhux li kien tniżżel fi ktieb!
24 Kemm nixtieq li ġie mnaqqax għal dejjem fuq il-blat,
B’xafra tal-ħadid u biċ-ċomb!
26 U wara li l-marda teqridli l-ġilda,
U waqt li nkun għadni ħaj, jien se nara lil Alla.
27 Lilu jien se narah personalment.
Jien se narah, u mhux ħaddieħor.
Imma minn ġewwa nħossni mkisser għalkollox.
28 Għax intom tgħidu, ‘Mela aħna qed nippersegwitawh?’
Bħallikieku kollox hu tort tiegħi.
29 Messkom tibżgħu mix-xabla,
Għax jekk tiżbaljaw, se tiġu kkastigati biha;
Għandkom tkunu tafu li hemm imħallef.”