Ġob
20 Sofar in-Nagħmati wieġeb:
2 “Qed inħossni inkwetat u m’għandix paċenzja,
Għalhekk se nitkellem.
6 Għalkemm il-kburija tiegħu titlaʼ sas-sema
U rasu tmiss is-sħab,
7 Hu se jisparixxi għal dejjem bħal ħmieġu;
Dawk li kienu jarawh jgħidu, ‘Fejn qiegħed?’
8 Hu malajr se jintesa, bħalma ninsew ħolma;
Hu se jitlaq bħal viżjoni billejl.
9 Dawk li rawh mhux se jarawh iktar,
U lanqas fid-dar tiegħu mhu se jerġgħu jarawh.
10 It-tfal tiegħu se jitolbu l-għajnuna tal-foqra,
U dak li ħa mingħand oħrajn se jagħtihulhom lura.
11 Hu kien mimli enerġija bħal meta kien żagħżugħ,
Imma se jmut biha b’kollox.
12 Għalih li jagħmel il-ħażin hu bħallikieku qed jiekol xi ħaġa tajba,
Hu jħalliha tinħall taħt ilsienu,
13 Iżommha f’ħalqu
Biex itegħemha u jgawdiha,
14 Imma wara li jiblagħha ssir morra;
Issir bħall-velenu tal-kobra.
15 Hu jkun qisu belaʼ l-ġid u rremettieh;
Alla se jneħħihulu minn żaqqu.
16 Hu jixrob il-velenu tal-kobri;
Is-serp velenuż se jigdmu u joqtlu.
17 Hu qatt mhu se jgawdi l-ħalib u l-għasel
Li huma abbundanti bħal ilma ġieri.
18 Hu se jagħti lura l-affarijiet mingħajr ma jużahom;
Mhux se jgawdi l-ġid tan-negozju tiegħu.
19 Għax hu ħaqar lill-foqra u m’għenhomx;
Ħa dar li ma beniex hu.
20 Imma hu mhux se jkollu paċi miegħu nnifsu;
Il-ġid tiegħu mhux se jsalvah.
21 Ma fadal xejn iktar x’jieħu;
Huwa għalhekk li mhux se jibqaʼ jkollu l-ġid.
22 Waqt li l-abbundanza tiegħu tkun fl-aqwa tagħha;
Hu jħossu ansjuż ħafna u jesperjenza kull tip taʼ ħsara.
23 Waqt li jkun qed jiekol,
Alla se jirrabja ħafna miegħu,
U l-affarijiet ħżiena jinżlu fuqu bħal xita.
24 Waqt li jaħrab mill-armi tal-ħadid,
Jinfduh vleġeġ minn qaws tar-ram.
26 L-affarijiet prezzjużi tiegħu se jintilfu fi dlam ċappa;
Hu se jkun qisu nħaraq b’nar li ħadd ma qabbdu u rewwaħlu;
Dawk li jibqgħu fit-tinda tiegħu jaħbtilhom ħażin.
27 Is-sema se tikxef l-iżbalji tiegħu;
L-art se tqum kontrih.
28 Dulluvju se jkaxkarlu d-dar;
Se jkun hemm xita qawwija dakinhar li Alla jirrabja.
29 Hekk se jieħu raġel ħażin mingħand Alla,
Il-wirt li Alla lesta għalih.”