Salm
33 Għajtu bil-ferħ minħabba Ġeħova, intom it-tajbin.
Hu xieraq li l-onesti jfaħħruh.
3 Kantawlu għanja ġdida;
Doqqu l-istrumenti bis-sengħa waqt li tgħajtu bil-ferħ.
4 Għax dak li jgħid Ġeħova hu veru,
U tistaʼ tafdah f’kulma jagħmel.
5 Hu jħobb dak li hu sewwa u ġust.
L-imħabba* taʼ Ġeħova tidher f’kull ħaġa li għamel fuq l-art.
7 Hu jagħlaq l-ilma tal-baħar bħallikieku b’ħitan;
Hu jpoġġi l-baħar imqalleb fl-imħażen.
8 Jalla d-dinja kollha tirrispetta ħafna lil* Ġeħova.
Jalla n-nies tal-art kollha juruh rispett kbir.
9 Għax hu tkellem, u kollox beda jeżisti;
Hu ta kmand, u hekk sar.
11 Imma d-deċiżjonijiet taʼ Ġeħova se jibqgħu għal dejjem;
L-intenzjonijiet tiegħu ma jinbidlux minn ġenerazzjoni għal oħra.
12 Ferħan hu l-ġens li l-Alla tiegħu hu Ġeħova,
Il-poplu li hu għażel biex ikun tiegħu.
13 Ġeħova jħares mis-sema
U jara lin-nies kollha.
14 Minn fejn jgħix,
Hu jinnota lin-nies tal-art.
15 Hu l-wieħed li jagħmel il-qalb taʼ kulħadd;
Hu jeżamina dak kollu li jagħmlu.
16 Imbilli re jkollu armata kbira ma jfissirx li se jsalva;
Imbilli raġel ikun b’saħħtu ma jfissirx li se jsalva bis-saħħa tiegħu.
17 Tafdax fiż-żiemel biex tirbaħ gwerra, għax tiġi mqarraq;
Is-saħħa kbira tiegħu mhix garanzija li se taħrab.
18 Għajnejn Ġeħova huma fuq dawk li jirrispettawh ħafna*
U li qed jistennewh jurihom imħabba u lealtà.*
20 Aħna* qed nistennew lil Ġeħova jaġixxi.
Hu l-għajnuna u t-tarka tagħna.
21 Aħna nifirħu minħabba dak li jagħmel,
Għax nafdaw fl-isem qaddis tiegħu.
22 Ġeħova, jalla tibqaʼ turina mħabba u lealtà,
Waqt li aħna nibqgħu nistennew lilek biex taġixxi.