Salm
Għanja ta’ dawk li jiġu minn Koraħ.
48 Ġeħova hu kbir u jixraqlu kull tifħir
Ħa jiġi mfaħħar fil-belt tal-Alla tagħna, fil-muntanja qaddisa tiegħu.
2 Il-Muntanja Sijon qiegħda l-iktar ’il bogħod fit-Tramuntana;
Hi sabiħa fil-pożizzjoni għolja tagħha u hi l-ferħ tad-dinja kollha;
Hi l-belt tar-Re Grandjuż.
5 Meta rawha, baqgħu mistagħġbin.
Ippanikjaw u ħarbu mwerwrin.
6 Hemmhekk, waqt li kienu qed jitriegħdu bil-biżaʼ,
Qabadhom uġigħ kbir bħal taʼ mara li tkun qed twelled.
7 B’riħ mil-Lvant int tkisser il-vapuri taʼ Tarsis.
8 Fil-belt taʼ Ġeħova tal-armati, fil-belt tal-Alla tagħna,
Aħna rajna dak li konna smajna dwaru.
Alla se jipproteġiha għal dejjem. (Sela)
10 Ismek u t-tifħir tiegħek
Se jaslu sat-truf tal-art, Alla tagħna.
Int dejjem tuża l-qawwa tiegħek biex tagħmel dak li hu tajjeb.
11 Jalla tifraħ il-Muntanja Sijon,
Jalla jifirħu l-bliet taʼ Ġuda, għax int għamilt ġustizzja.
12 Immarċjaw madwar Sijon, imxu madwarha,
Għoddu t-torrijiet tagħha.
13 Eżaminaw is-swar tagħha.
Innotaw it-torrijiet iffortifikati tagħha,
Sabiex tkunu tistgħu tgħidu dwarha lill-ġenerazzjonijiet li ġejjin.
14 Għax l-Alla li għamel dan kollu,
Hu l-Alla tagħna għal dejjem taʼ dejjem.
Hu se jiggwidana għall-eternità.*