Salm
Lid-direttur; fuq l-istil taʼ Maħalat.* Maskil* taʼ David.
53 Il-boloh* jgħidu f’qalbhom:
“Ġeħova ma jeżistix.”
Huma ħżiena u jagħmlu affarijiet mill-agħar.
M’hemm ħadd li qed jagħmel it-tajjeb.
2 Imma Alla jħares mis-sema lejn il-bnedmin
Biex jara jekk hemmx xi ħadd li hu għaqli,
U jekk hemmx xi ħadd ifittex lil Ġeħova.
3 Ħadd ma baqaʼ jagħmel dak li hu sew;
Kollha huma korrotti.
Ħadd mhu qed jagħmel it-tajjeb,
Lanqas wieħed li hu wieħed.
4 Kif ħadd mill-ħżiena ma jifhem?
Huma jibilgħu lin-nies tiegħi bħallikieku qed jieklu l-ħobż.
Dawn ma jitolbux lil Ġeħova.
5 Imma huma se jitwerwru,
B’mod li qatt ma esperjenzawh qabel,*
Għax Alla se jxerred l-għadam taʼ dawk li qed jattakkawkom.*
Intom se ġġegħluhom jistħu, għax Ġeħova telaqhom.
6 Jalla s-salvazzjoni t’Iżrael tiġi minn Sijon!
Jalla Ġakobb u Iżrael jifirħu
Meta Ġeħova jiġbor lura n-nies tiegħu li huma lsiera.