Salm
Lid-direttur. Għanja taʼ David.
64 Alla tiegħi, ismagħni hekk kif nitolbok bil-ħniena.
Ipproteġini mill-attakki tal-biżaʼ tal-għedewwa.
2 Iddefendini mill-pjanijiet sigrieti tal-ħżiena,
Mill-folla li tagħmel il-ħażen.
3 Huma jsinnu lsienhom bħal xabla;
Jimmiraw il-kliem kattiv tagħhom bħal vleġeġ,
4 Biex jisparaw lil xi ħadd innoċenti minn fejn huma moħbijin.
Jisparawlu f’daqqa u bla biżaʼ taʼ xejn.
5 Huma jinkuraġġixxu lil xulxin biex jagħmlu l-ħażen;*
Jiddiskutu flimkien kif se jaħbu n-nases tagħhom
U jgħidu: “Ħadd mhu se jarahom.”
6 Huma jipprovaw isibu modi ġodda taʼ kif jagħmlu l-ħażen;
Bil-moħbi huma jagħmlu pjanijiet makakki;
Ħadd ma jistaʼ jsib tarf il-ħsibijiet tagħhom.
7 Imma Alla se jisparalhom vleġġa;
F’daqqa waħda jispiċċaw feruti.
8 Kliemhom stess se jwassalhom għall-qerda.
Dawk li jaraw dan se jxenglu rashom.
9 Imbagħad il-bnedmin kollha se jibżgħu
U jitkellmu dwar dak li għamel Alla.
Huma se jifhmu dak li għamel.