Salm
Għanja tat-Tlajjaʼ.
125 Dawk li jafdaw f’Ġeħova
Huma bħall-Muntanja Sijon, li ma tistax tiċċaqlaq minn postha
Imma se tibqaʼ għal dejjem.
3 Il-ħżiena mhux se jkomplu jmexxu fuq it-tajbin,
Ħalli t-tajbin ma jibdewx jagħmlu l-ħażen.
4 Ġeħova, agħmel it-tajjeb man-nies tajbin,
Maʼ dawk li huma onesti f’qalbhom.
5 Imma lil dawk li jaqbdu triq ħażina,
Ġeħova se jeqridhom mal-kumplament tal-ħżiena.
Jalla jkun hemm il-paċi f’Iżrael.