Salm
Maskil.* Talba ta’ David meta kien fl-għar.
142 Jien ngħajjat lil Ġeħova għall-għajnuna;
Jien nitlob lil Ġeħova bil-ħniena biex jurini qalb tajba.
Hu jaf minn xiex inkun għaddej.
L-għedewwa tiegħi ħbewli nassa
Fit-triq li miexi fiha.
M’għandi mkien fejn naħrab;
Ħadd ma jinteressah minni.*
5 Ġeħova, jien lilek ngħajjat għall-għajnuna.
U ngħid: “Int il-protezzjoni tiegħi.
Jien lilek biss għandi* f’ħajti.”
6 Agħti kas meta ngħajjatlek għall-għajnuna,
Għax jien qed inbati ħafna.
Eħlisni minn dawk li qed jippersegwitawni,
Għax huma iktar b’saħħithom minni.
Jalla l-ġusti jinġabru madwari,
Għax int tittrattani b’qalb tajba.