Salm
Lid-direttur. Għanja taʼ David.
20 Jalla Ġeħova jwieġeb it-talba tiegħek f’jum it-tbatija.
Jalla isem l-Alla taʼ Ġakobb jipproteġik.
2 Jalla jgħinek mill-post qaddis,
U jsaħħek minn Sijon.
3 Jalla jiftakar l-offerti kollha li għamilt;
Jalla jaċċetta b’approvazzjoni* l-offerta tal-ħruq. (Sela)
4 Jalla jagħtik dak li tixtieq qalbek
U jgħinek tirnexxi f’dak kollu li tippjana.
5 Aħna se ngħajtu bil-ferħ għax int issalvana;
Se ngħollu l-bnadar tagħna biex infaħħru isem l-Alla tagħna.
Jalla Ġeħova jagħmel dak kollu li titolbu.
6 Issa nafu li Ġeħova jsalva lill-magħżul* tiegħu.
7 Xi wħud jafdaw fil-karrijiet u oħrajn fiż-żwiemel,
Imma aħna nafdaw f’isem Ġeħova l-Alla tagħna.
8 Huma tfixklu u waqgħu,
Imma aħna qomna u rġajna waqafna dritti.
9 Ġeħova, salva lir-re!
Hu se jwiġibna dakinhar li ngħajtulu għall-għajnuna.