L-Għanja taʼ Salamun
Xtaqt ħafna li narah, imma ma kienx hemm.
Fit-toroq u fil-pjazez,
Għalkemm fittixtu, ma stajtx insibu.
3 L-għassiesa li kienu qed iduru mal-belt rawni.
Jien staqsejthom, ‘Ma rajtux lil dak li nħobb,* hux?’
Jien qbadt miegħu, u ma ridtx nitilqu
Sakemm indaħħlu fid-dar t’ommi,
Fil-kamra taʼ ġewwa taʼ dik li wellditni.
5 Tfajliet taʼ Ġerusalemm, jien qed inġegħelkom taħilfu
Bl-għażżiela u biċ-ċerva
Biex ma tipprovawx tqanqlu fija mħabba li ma teżistix.”
6 “X’inhu dak li tielaʼ fid-deżert qisu kolonni tad-duħħan,
B’riħa tal-mirra u l-inċens abjad,
U b’kull tip taʼ fwieħa li jbigħ negozjant?”
7 “Ara, dak is-sufan taʼ Salamun!
Madwaru hemm 60 raġel b’saħħtu
Mill-irġiel b’saħħithom t’Iżrael.
8 Kollha kemm huma armati bix-xabla
U ttrennjati għall-gwerra.
Kull wieħed minnhom għandu xabla fuq ġenbu
Biex jipproteġi lir-re mill-perikli taʼ matul il-lejl.
10 Il-kolonni ta’ miegħu għamilhom tal-fidda,
U maʼ xiex iserraħ għamlu tad-deheb.
Fejn joqgħod bilqiegħda kien magħmul minn suf vjola,
U minn ġewwa kien imżejjen bi mħabba
Mit-tfajliet taʼ Ġerusalemm.”