Isaija
60 “Qum mara, agħti d-dawl, għax id-dawl tiegħek beda jiddi.
Il-glorja taʼ Ġeħova qed tiddi fuqek.
2 Għax id-dlam se jgħatti l-art
U dalma kbira se tgħatti lill-popli;
Imma Ġeħova se jiddi fuqek,
U l-glorja tiegħu se tidher fuqek.
4 Ħares madwarek!
Huma nġabru kollha u ġejjin għandek.
It-tfal subien u bniet tiegħek jibqgħu ġejjin mill-bogħod,
U lill-bniet tiegħek qed jerfgħuhom.
5 F’dak iż-żmien, int se tara dan u wiċċek jixgħel bil-ferħ,
U qalbek se tħabbat iktar u tifraħ,
Għax l-affarijiet prezzjużi li hemm fil-baħar se jingħatawlek;
Il-ġid tal-popli se jiġi għandek.
In-nies kollha minn Xeba se jiġu u jġibu magħhom
Deheb u inċens abjad.
Huma se jfaħħru lil Ġeħova.
7 L-imrieħel kollha taʼ Kedar se jiġu għandek.
L-imtaten taʼ Nebajot se jinġiebu għandek.
Huma se jiġu aċċettati bħala sagrifiċċji fuq l-artal tiegħi,
U jien se nsebbaħ id-dar glorjuża* tiegħi.
9 In-nies tal-gżejjer jittamaw fija;
Il-vapuri taʼ Tarsis huma fuq quddiem
Biex iġibu t-tfal tiegħek mill-bogħod.
It-tfal tiegħek se jġibu d-deheb u l-fidda tagħhom
Biex ifaħħru l-isem taʼ Ġeħova l-Alla tiegħek u l-Qaddis t’Iżrael,
Għax hu se jigglorifikak.*
10 Il-barranin se jibnulek is-swar,
U r-rejiet tagħhom se jaqduk,
Għax meta jien kont irrabjat, ikkastigajtek,
Imma bil-qalb* tajba se nħenn għalik.
11 Il-bibien tiegħek se jkunu miftuħin il-ħin kollu;
Mhux se jingħalqu, la matul il-ġurnata u lanqas billejl,
Ħalli n-nies iġibu l-ġid tal-popli,
U r-rejiet tagħhom se jkunu minn taʼ quddiem biex jagħmlu dan.
12 Għax kull poplu u saltna li ma taqdikx se tisparixxi,
U l-popli se jinqerdu għalkollox.
13 Is-siġar sbieħ tal-Libanu se jinġiebu għandek:
Is-siġar tal-ġnibru, tal-fraxxnu, u taċ-ċipress.
Dawn se jinġiebu biex isebbħu l-post fejn hemm is-santwarju tiegħi.
Jien se nonora l-post fejn nagħmel saqajja.
14 It-tfal taʼ dawk li ħaqruk se jiġu u jmilu quddiemek;
Dawk kollha li jittrattawk b’nuqqas taʼ rispett se jkollhom imilu ħdejn saqajk,
U jkollhom isejħulek il-belt taʼ Ġeħova,
Sijon tal-Qaddis t’Iżrael.
15 Minflok ma tiġi abbandunata u mibgħuda, u ħadd ma jgħaddi minnek,
Jien se nagħmlek ħaġa li taʼ min jiftaħar biha għal dejjem,
U jifraħ biha għal ġenerazzjoni wara oħra.
16 Il-popli u r-rejiet se jagħtuk dak li għandek bżonn
Bħalma omm tagħti l-ħalib tagħha lit-tarbija;
Int żgur se tkun taf li jien, Ġeħova, il-Wieħed li Nsalvak,
U li jien, l-Alla b’Saħħtu taʼ Ġakobb, Dak li Nixtrik Lura.
17 Minflok ir-ram se nġib id-deheb,
Minflok il-ħadid se nġib il-fidda,
Minflok l-injam, ir-ram,
U minflok il-ġebel, il-ħadid.
Jien se nagħtik il-paċi u l-ġustizzja,
U dawn se jkunu bħala l-imgħallmin tiegħek u bħala dawk li jagħtuk ix-xogħol.
18 Mhux se jkun hemm iktar vjolenza fil-pajjiż tiegħek
Jew qerda u ħerba ’l ġewwa mill-fruntieri tiegħek.
Int se ssejjaħ is-swar tiegħek Salvazzjoni u l-bibien tiegħek Tifħir.
19 Ix-xemx mhux se tagħtik iktar dawl matul il-ġurnata,
U lanqas il-qamar jiddi mhu se jagħtik iktar dawl,
Għax Ġeħova se jsir għalik dawl għal dejjem,
U l-Alla tiegħek se jkun is-sbuħija tiegħek.
20 Ix-xemx tiegħek qatt mhu se tinżel
U l-qamar tiegħek qatt mhu se jitlef id-dawl,
Għax Ġeħova se jsir għalik dawl għal dejjem,
U mhux se tibqaʼ tagħmel vistu.
21 Il-poplu kollu tiegħek se jkun ġust;
Huma se jkollhom l-art għal dejjem,
Huma r-rimja li jien ħawwilt,
Dak li għamilt biex insebbaħ lili nnifsi.
22 Iċ-ċkejken se jsir elf
U ż-żgħir se jsir poplu b’saħħtu.
Meta jasal iż-żmien, jien stess, Ġeħova, mhux se ndum biex nagħmel dan.”