Lamentazzjonijiet
א [Alef]
4 Id-deheb li kien ileqq, id-deheb fin, m’għadux ileqq.
Il-ġebel tas-santwarju qiegħed imxerred fil-kantunieri kollha tat-toroq!
ב [Bet]
2 In-nies prezzjużi taʼ Sijon, li kienu prezzjużi daqs deheb irfinut,
Ġew meqjusin bħal ġarar tal-fuħħar,
Bħax-xogħol taʼ xi ħadd li jagħmel il-fuħħar.
ג [Gimel]
3 Anki l-klieb slavaġ ireddgħu ż-żgħar tagħhom,
Imma l-poplu tiegħi sar kattiv, bħan-ngħam* fid-deżert.
ד [Dalet]
4 L-ilsien tat-trabi jeħel mas-saqaf taʼ ħalqhom minħabba li huma bil-għatx.
It-tfal jittallbu għall-ħobż, imma ħadd ma jagħtihom.
ה [Ħe]
5 Dawk li kienu mdorrijin jieklu tajjeb, qegħdin fit-toroq bil-ġuħ.*
Dawk li trabbew jilbsu ħwejjeġ jiswew il-flus,* qegħdin fil-gzuz tal-irmied.
ו [Waw]
6 Il-kastig* tal-poplu tiegħi hu akbar mill-kastig għad-dnub taʼ Sodoma,
Li ntrebħet f’daqqa waħda u ma kien hemm ħadd jgħinha.
ז [Żajin]
7 In-Nażiriti taʼ Sijon kienu iktar puri mill-borra u iktar bojod mill-ħalib.
Huma kienu iktar ħomor mill-korall u jleqqu bħaż-żaffir.
ח [Ħet]
8 Id-dehra tagħhom saret iktar skura mis-swidija;
Ma jintgħarfux fit-toroq.
Saru għadma u ġilda; il-ġilda tagħhom saret qisha njama niexfa.
ט [Tet]
9 Dawk li nqatlu bix-xabla huma aħjar minn dawk li mietu bil-ġuħ.
Aħjar minn dawk li spiċċaw fix-xejn u li bħallikieku ġew minfudin,
Għax ma kellhomx prodotti fl-għelieqi.
י [Jod]
10 In-nisa li qabel kienu juru ħniena sajru lit-tfal tagħhom stess.
Dawn saru l-ikel tagħhom meta l-poplu tiegħi kien qiegħed f’rovina.
כ [Kaf]
11 Ġeħova wera l-korla tiegħu.
Hu ferraʼ r-rabja kbira tiegħu.
U qabbad nar f’Sijon li jaħraq il-pedamenti tagħha.
ל [Lamed]
12 Ir-rejiet tal-art u n-nies kollha tagħhom m’emmnux
Li l-avversarju u l-għadu kienu se jidħlu mill-bibien taʼ Ġerusalemm.
מ [Mem]
13 Dan ġara minħabba d-dnubiet tal-profeti tagħha, l-iżbalji tal-qassisin tagħha,
Li qatlu nies ġusti f’nofsha.
נ [Nun]
14 Huma ġġerrew fit-toroq bħal xi ħadd li ma jarax.
Huma mċappsin bid-demm,
U b’hekk ħadd ma jistaʼ jmiss il-ħwejjeġ tagħhom.
ס [Samek]
15 In-nies jgħidu lill-profeti u l-qassisin:
“Itilqu ’l hemm! M’intomx nodfa!” Itilqu ’l hemm! Itilqu ’l hemm! Tmissuniex!”
Għax huma m’għandhomx fejn joqogħdu u jiġġerrew ’l hemm u ’l hawn.
In-nies tal-popli jgħidu: “Ma jistgħux joqogħdu magħna.*
פ [Pe]
16 Ġeħova xerridhom.
Hu mhux se jibqaʼ jħares lejhom b’approvazzjoni.
In-nies mhux se juru rispett lejn il-qassisin u lanqas se jħennu għall-anzjani.”*
ע [Għajn]
17 Għadna s’issa nħossu għajnejna għajjenin daqskemm fittixna għalxejn biex xi ħadd jgħinna.
Bqajna nfittxu l-għajnuna mingħand poplu li ma setax isalvana.
צ [Sade]
18 L-għedewwa kkaċċjawna maʼ kull pass li għamilna, tant li lanqas stajna nimxu fil-pjazez tagħna.
It-tmiem tagħna hu qrib. Jiemna spiċċaw, għax wasal it-tmiem tagħna.
ק [Kof]
19 Dawk li jiġru warajna kienu iktar ħfief mill-ajkli.
Huma ġrew warajna fuq il-muntanji; huma staħbew biex jattakkawna fid-deżert.
ר [Rex]
20 In-nifs tagħna, il-magħżul taʼ Ġeħova, inqabad fil-ħofra kbira tagħhom,
Il-wieħed li dwaru għedna: “Se ngħixu fost il-popli bil-protezzjoni* tiegħu.”
ש [Sin]
21 Ifirħu u aqbżu bil-ferħ, nies t’Edom, intom li qed tgħixu fl-art t’Uż.
Imma anki lilkom se tingħata t-tazza, u intom se tiskru u jarawkom għarwenin.
ת [Taw]
22 Nies t’Edom, Alla se jitlob kont tal-iżbalji tagħkom.
Hu se jikxef id-dnubiet tagħkom.
Belt taʼ Sijon, il-kastig għall-iżball tiegħek wasal fi tmiemu.
Hu mhux se jerġaʼ jieħdok fl-eżilju.