LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Lamentazzjonijiet 4
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

Punti mil-Lamentazzjonijiet

      • Effetti koroh minħabba l-assedju taʼ Ġerusalemm

        • Nuqqas t’ikel (4, 5, 9)

        • In-nisa jsajru lit-tfal tagħhom stess (10)

        • Ġeħova rrabja ħafna (11)

Lamentazzjonijiet 4:3

Noti taʼ Taħt

  • *

    Jiġifieri ostriches.

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    It-Torri tal-Għassa,

    6/1/2007, p. 10

Lamentazzjonijiet 4:5

Noti taʼ Taħt

  • *

    Letteralment “abbandunati.”

  • *

    Jew “ħwejjeġ ħomor.”

Lamentazzjonijiet 4:6

Noti taʼ Taħt

  • *

    Letteralment “L-iżball.”

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    Ġeremija, pp. 107-108

Lamentazzjonijiet 4:10

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    Ġeremija, pp. 154-155

Lamentazzjonijiet 4:15

Noti taʼ Taħt

  • *

    Jew “jgħixu hawn bħala barranin.”

Lamentazzjonijiet 4:16

Noti taʼ Taħt

  • *

    Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Lamentazzjonijiet 4:20

Noti taʼ Taħt

  • *

    Letteralment “fid-dell.”

Traduzzjonijiet tal-Istess Silta

Ikklikkja fuq numru taʼ vers biex tara l-istess vers f'Bibbji oħra.
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
  • Aqra f'din l-edizzjoni Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida (bi12)
  • 1
  • 2
  • 3
  • 4
  • 5
  • 6
  • 7
  • 8
  • 9
  • 10
  • 11
  • 12
  • 13
  • 14
  • 15
  • 16
  • 17
  • 18
  • 19
  • 20
  • 21
  • 22
Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Lamentazzjonijiet 4:1-22

Lamentazzjonijiet

א [Alef]

4 Id-deheb li kien ileqq, id-deheb fin, m’għadux ileqq.

Il-ġebel tas-santwarju qiegħed imxerred fil-kantunieri kollha tat-toroq!

ב [Bet]

 2 In-nies prezzjużi taʼ Sijon, li kienu prezzjużi daqs deheb irfinut,

Ġew meqjusin bħal ġarar tal-fuħħar,

Bħax-xogħol taʼ xi ħadd li jagħmel il-fuħħar.

ג [Gimel]

 3 Anki l-klieb slavaġ ireddgħu ż-żgħar tagħhom,

Imma l-poplu tiegħi sar kattiv, bħan-ngħam* fid-deżert.

ד [Dalet]

 4 L-ilsien tat-trabi jeħel mas-saqaf taʼ ħalqhom minħabba li huma bil-għatx.

It-tfal jittallbu għall-ħobż, imma ħadd ma jagħtihom.

ה [Ħe]

 5 Dawk li kienu mdorrijin jieklu tajjeb, qegħdin fit-toroq bil-ġuħ.*

Dawk li trabbew jilbsu ħwejjeġ jiswew il-flus,* qegħdin fil-gzuz tal-irmied.

ו [Waw]

 6 Il-kastig* tal-poplu tiegħi hu akbar mill-kastig għad-dnub taʼ Sodoma,

Li ntrebħet f’daqqa waħda u ma kien hemm ħadd jgħinha.

ז [Żajin]

 7 In-Nażiriti taʼ Sijon kienu iktar puri mill-borra u iktar bojod mill-ħalib.

Huma kienu iktar ħomor mill-korall u jleqqu bħaż-żaffir.

ח [Ħet]

 8 Id-dehra tagħhom saret iktar skura mis-swidija;

Ma jintgħarfux fit-toroq.

Saru għadma u ġilda; il-ġilda tagħhom saret qisha njama niexfa.

ט [Tet]

 9 Dawk li nqatlu bix-xabla huma aħjar minn dawk li mietu bil-ġuħ.

Aħjar minn dawk li spiċċaw fix-xejn u li bħallikieku ġew minfudin,

Għax ma kellhomx prodotti fl-għelieqi.

י [Jod]

10 In-nisa li qabel kienu juru ħniena sajru lit-tfal tagħhom stess.

Dawn saru l-ikel tagħhom meta l-poplu tiegħi kien qiegħed f’rovina.

כ [Kaf]

11 Ġeħova wera l-korla tiegħu.

Hu ferraʼ r-rabja kbira tiegħu.

U qabbad nar f’Sijon li jaħraq il-pedamenti tagħha.

ל [Lamed]

12 Ir-rejiet tal-art u n-nies kollha tagħhom m’emmnux

Li l-avversarju u l-għadu kienu se jidħlu mill-bibien taʼ Ġerusalemm.

מ [Mem]

13 Dan ġara minħabba d-dnubiet tal-profeti tagħha, l-iżbalji tal-qassisin tagħha,

Li qatlu nies ġusti f’nofsha.

נ [Nun]

14 Huma ġġerrew fit-toroq bħal xi ħadd li ma jarax.

Huma mċappsin bid-demm,

U b’hekk ħadd ma jistaʼ jmiss il-ħwejjeġ tagħhom.

ס [Samek]

15 In-nies jgħidu lill-profeti u l-qassisin:

“Itilqu ’l hemm! M’intomx nodfa!” Itilqu ’l hemm! Itilqu ’l hemm! Tmissuniex!”

Għax huma m’għandhomx fejn joqogħdu u jiġġerrew ’l hemm u ’l hawn.

In-nies tal-popli jgħidu: “Ma jistgħux joqogħdu magħna.*

פ [Pe]

16 Ġeħova xerridhom.

Hu mhux se jibqaʼ jħares lejhom b’approvazzjoni.

In-nies mhux se juru rispett lejn il-qassisin u lanqas se jħennu għall-anzjani.”*

ע [Għajn]

17 Għadna s’issa nħossu għajnejna għajjenin daqskemm fittixna għalxejn biex xi ħadd jgħinna.

Bqajna nfittxu l-għajnuna mingħand poplu li ma setax isalvana.

צ [Sade]

18 L-għedewwa kkaċċjawna maʼ kull pass li għamilna, tant li lanqas stajna nimxu fil-pjazez tagħna.

It-tmiem tagħna hu qrib. Jiemna spiċċaw, għax wasal it-tmiem tagħna.

ק [Kof]

19 Dawk li jiġru warajna kienu iktar ħfief mill-ajkli.

Huma ġrew warajna fuq il-muntanji; huma staħbew biex jattakkawna fid-deżert.

ר [Rex]

20 In-nifs tagħna, il-magħżul taʼ Ġeħova, inqabad fil-ħofra kbira tagħhom,

Il-wieħed li dwaru għedna: “Se ngħixu fost il-popli bil-protezzjoni* tiegħu.”

ש [Sin]

21 Ifirħu u aqbżu bil-ferħ, nies t’Edom, intom li qed tgħixu fl-art t’Uż.

Imma anki lilkom se tingħata t-tazza, u intom se tiskru u jarawkom għarwenin.

ת [Taw]

22 Nies t’Edom, Alla se jitlob kont tal-iżbalji tagħkom.

Hu se jikxef id-dnubiet tagħkom.

Belt taʼ Sijon, il-kastig għall-iżball tiegħek wasal fi tmiemu.

Hu mhux se jerġaʼ jieħdok fl-eżilju.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja