LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • T-36 pp. 1-4
  • X’inhi s-Saltna t’Alla?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • X’inhi s-Saltna t’Alla?
  • X’inhi s-Saltna t’Alla?
  • Materjal Simili
  • Int Kif Tħares Lejn il-Futur?
    Int kif tħares lejn il-futur?
  • Min Tassew Qed Jikkontrolla d-Dinja?
    Min tassew qed jikkontrolla d-dinja?
  • Jistgħu l-Mejtin Verament Jerġgħu Jgħixu?
    Jistgħu l-mejtin verament jerġgħu jgħixu?
  • It-Tbatija Qatt Se Tintemm?
    It-tbatija qatt se tintemm?
Ara Iżjed
X’inhi s-Saltna t’Alla?
T-36 pp. 1-4
Nies li għandhom backgrounds differenti qed jitolbu biex tiġi s-Saltna t’Alla

X’inhi s-​Saltna t’Alla?

Taħseb li hi . . .

  • xi ħaġa f’qalbna?

  • gvern fis-​sema?

  • xi ħaġa oħra?

DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA

“L-​Alla tas-​sema jwaqqaf saltna li qatt ma tinqered.”—Danjel 2:44, Traduzzjoni tad-​Dinja l-​Ġdida taʼ l-​Iskrittura Mqaddsa.

“Is-​saltna tad-​dinja saret is-​saltna tal-​Mulej tagħna u tal-​Kristu tiegħu.”—Rivelazzjoni 11:15.

X’JISTAʼ JFISSER DAN GĦALIK?

  • Ifisser gvern ġust li jistaʼ jkun taʼ ġid għalik personalment.—Isaija 48:17, 18.

  • Fid-​dinja l-​ġdida li ġejja, ifisser ħajja b’saħħa perfetta u ferħ. —Rivelazzjoni 21:3, 4.

Nies qegħdin fi ġnien u qed igawdu l-ħajja fil-ġenna tal-art taħt is-Saltna t’Alla

NISTGĦU VERAMENT NEMMNU DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA?

Iva, għal minn tal-​inqas żewġ raġunijiet:

  • Ġesù wera x’se twettaq is-​Saltna t’Alla. Ġesù għallem lis-​segwaċi tiegħu biex jitolbu għas-​Saltna t’Alla ħalli tiġi u biex isseħħ ir-​rieda t’Alla fuq l-​art. (Mattew 6:9, 10) Ġesù ta prova kif din it-​talba se tiġi mwieġba.

    Waqt li kien fuq l-​art, Ġesù temaʼ lil dawk bil-​ġuħ, fejjaq lill-​morda, u ta l-​ħajja lill-​mejtin! (Mattew 15:29-​38; Ġwanni 11:38-​44) Bħala l-​Ħakkiem futur tas-​Saltna t’Alla, Ġesù tana stampa bil-​quddiem taʼ x’se tagħmel is-​Saltna liċ-​ċittadini tagħha.—Rivelazzjoni 11:15.

  • Il-​kundizzjonijiet tad-​dinja jikkonfermaw li s-​Saltna t’Alla daqt se tiġi. Ġesù bassar li eżatt qabel ma s-​Saltna ġġib paċi fuq l-​art, fid-​dinja tagħna se jkun hemm ħafna gwerer, ġuħ, u terremoti.—Mattew 24:3, 7.

    Aħna qed naraw dawn il-​kundizzjonijiet b’għajnejna stess! Allura nistgħu nkunu ċerti li s-​Saltna t’Alla daqt se ġġib tmiem għall-​problemi kollha.

AĦSEB DWAR DAN

Is-Saltna t’Alla qed tmexxi fuq dinja sabiħa

Kif se tkun il-​ħajja taħt il-​ħakma tas-​Saltna t’Alla?

Il-​Bibbja twieġeb din il-​mistoqsija f’​SALM 37:29 u ISAIJA 65:21-​23.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja